Mutur itir? Kif jista' jkun? Ara l-mutur l-ġdid li ser ikunu qed jużaw il-Pulizija f'Dubai.
F'esibizzjoni li seħħet Dubai il-Pulizija esibixxew l-aħħar gadgets tagħhom. L-aktar żewġ affarijiet li spikkaw kienu żewġ muturi ġodda fjammanti. L-ewwel mutur spikka għaliex dan il-mutur jaħdem bl-elettriku imma xorta kapaċi jilħaq il-veloċita' ta' 124 mil fis-siegħa. Dan il-mutur jidher vera futuristiku u qisu nqala' minn xi film.
![]() |
Getty Images |
It-tieni mutur għamel ħoss akbar! Dan għaliex dan il-mutur mhux tal-art imma tal-ajru. Il-Kumpanija Hoversurf ħolqot mutur b'erba' skrejjen, li kapaċi jtir b'veloċita' ta' 40 mil fis-siegħa. Apparti minn hekk dan il-mutur jista' jiġi kkontrollat mingħajr ma tkun fuqu. Skont il-paġna ta' Facebook tas-CEO ta' din il-kumpanija, jidher li huma ffirmaw ftehim u dan il-mutur ser jibda jiġi produċut bil-massa f'Dubai.
Ara l-filmat ta' dan il-mutur li jtir hawn taħt... tgħid meta ser tasal Malta din it-teknoloġija?
No comments:
Post a Comment