
Nigel, it-tifel li għamel trapjant tal-qalb wara 5 xhur l-Ingilterra jistenna qalb, joħroġ mill-isptar u ma jsibx appartament fejn joqgħod.
"Ċemplulna t-Tlieta li għadda u infurmawna li ħa jilliċenzjaw lil Nigel mill-isptar illum. Il-25 appartament li għandna kollha huma mimlijin u ma kienx hemm post għal Nigel. Imbagħad kien hemm familja Maltija, li tgħix l-Ingilterra, u meta ġiet tarana, kienet qaltilna li tixtieq tgħin lil Puttinu xi darba. Imbagħad ċempilnielha u saqsejnieha jekk hijiex lest li żżomm lil Nigel u aċċettat. It-trapjant li għamel Nigel huwa rari ħafna u ma jistax joqgħod ma' pazjenti oħrajn. Fil-verità l-pazjenti kollha ma jistgħux jaqsmu l-appartament tagħhom, minħabba li jkunu vulnerabbli," tgħidilna Angele Cuschieri, kelliema għal Puttinu Cares.
Angele tappella għall-għajnuna tal-awtoritajiet. "Li qed nitolbu l-għajnuna tal-awtoritajiet li għandhom kuntatt ma' nies u lesti jgħinuna nfittxu dawn l-appartamenti fiċ-ċentru ta' Londra." ittemm tgħidilna Angele.
Nigel ġie operat f'Great Ormond Street Hospital u l-operazzjoni marret tajjeb.
No comments:
Post a Comment