best deal

Tuesday, 31 October 2017

Ninu jimrad u l-ħamiem tiegħu se jgħinu lid-Dar tal-Providenza


Dan Ninu l-Maksar. Ta' 7 snin beda jrabbi l-ħamiem. Issa marad bil-Parkinson's Disease u se jneħħi l-gallinar u se jgħin lid-Dar tal-Providenza.


It-tifla tiegħu, Jennifer, tgħidilna li Ninu ilu jrabbi l-ħamiem minn meta kien żgħir. "Kien għadu tifel żgħir meta beda jrabbi l-bċieċen. Huwa u jikber, in-namra tiegħu baqgħet tikber u beda jsuq il-ħamiem. Daqqa jiddobba beċċun minn hemm u daqqa jagħmel il-bċieċen tiegħu, sakemm sena wara sena beda jsuq il-ħamiem f'klabbs differenti. Missieri rebaħ ħafna shields trophies speċjalment f'tlielaq ta' distanzi twal," tispjegalna Jennifer.

Però Ninu jimrad bil-Parkinson's Disease. "Sfortunatament minħabba raġunijiet ta' saħħa, ma jistax jagħti l-mija fil-mija tiegħu u jixtieq ineħħi l-gallinar. Ħadha ħażin ħafna li ma jistax ikompli jrabbi l-ħamiem għax għamel ħajtu bil-ħamiem, irabbih u jikkurah kuljum. Tant li meta kienet tmutlu ħamiema kien saħanistra jagħmel awtopsja. Xtaqt li l-ħamiem tiegħu ma jmurx fix-xejn, u xtaqt li jgħin lid-Dar tal-Providenza, peress li jħobbhom ħafna. Għalhekk iddeċieda li jirkanta dawn il-ħamiem u l-flus kollha li jinġabru jmorru għad-Dar tal-Providenza."

Jekk inti trabbi l-ħamiem u tixtieq li fl-istess ħin tgħin lid-Dar tal-Providenza, il-Ħadd li ġej żur il-klabb tal-ħamiem ġewwa r-Rabat, fid-9:00am, fejn hemmhekk se jsir l-irkanta tal-ħamiem ta' Ninu.

No comments:

Post a Comment