best deal

Friday, 20 October 2017

"Nixtieq li l-programm tal-lejla ma nkun għamiltu qatt"


Illejla mistieden il-Kummissarju tal-Pulizija.


"Nixtieq li l-programm tal-lejla ma nkun għamiltu qatt," jgħidilna Peppi Azzopardi ftit ħin qabel jibda Xarabank li llejla se jiddiskuti l-każ tal-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia. "Għalija dan programm surreali. Kif nista' qatt li waħda minn fostna tisplodi ġol-karozza tagħha u tieħu n-nar quddiem binha," ikompli Peppi Azzopardi. "Nistqarr li s-suġġett tal-lejla huwa skomdu ħafna għax quddiem mara maqtula brutalment, jaqa' s-skiet."

Illejla fil-programm se jiltaqa' panel ta' persuni jafuha, qalu kontriha, qalet kontrihom, ħadmu magħha. Fosthom se jkun hemm Lou Bondi, Saviour Balzan, Pierre Portelli u Gino Cauchi. Se jkun hemm ukoll l-eks-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u l-espert fuq dawn it-tip ta' delitti, John Ellul. 

Fil-programm se jintwera filmat tal-uniku programm li Daphne qatt ħadet sehem fih. "Kumbinazzjoni kien programm jismu Bir-Rispett Kollu fejn Daphne kienet il-mistiedna għal sagħtejn sħaħ. Sibna kopja tal-programm u llejla se naraw siltiet minnu." 

"Fil-programm mistieden wkoll il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti imma sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu, ma kienx wieġeb," itemm jgħidilna Peppi. 

Ritratt: PhotoCity Valletta

No comments:

Post a Comment