best deal

Monday, 2 October 2017

Peppi bil-pink b'kumbinazzjoni!


Peppi llum liebes flokk roża u qed jikteb b'pinna roża.... u b'kumbinazzjoni!



Dan ix-xahar huwa magħruf għall-kulur roża li jidher ta' spiss biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider. 

Għaldaqstant, fit-tieni jum ta' dan ix-xahar, Peppi jirrakkonta kif spiċċa bi flokk roża: "Dalgħodu ġejt mistieden għal konferenza b'rabta mal-kanċer tas-sider u għedt lil Mandy tagħżilli flokk. Bla ma għedtilha dwar xiex inhi l-konferenza, xħin ġejt biex inbiddel, sibt il-flokk roża li liebes illum. Xħin dħalt fil-karozza, Russell, li jaħdem magħna qalli, "Ara mela lbist ir-roża għal Pink October?" Ftit wara, ħriġt il-pinna u inzertat ukoll roża!
Biex nidħlu iktar fiha, lil Peppi poġġejnielu wkoll affarijiet oħra roża fl-uffiċċju, fosthom il-headphones roża!

Tinsewx, Xarabank se jibda nhar il-Ġimgħa.

No comments:

Post a Comment