best deal

Thursday, 5 October 2017

AĠĠORNATA: Persuna tweġġa' wara hold-up f'Tigné Point



AĠĠORNATA:

Kienu żewġ persuni li allegatament armati b'armi tan-nar, li daħlu ġol-ħanut u serqu ammont ta' ġojjelli.



Fi stqarrija, il-Pulizija spjegaw li kif ħarġu mill-ħanut, sabu raġel ta' 45 sena li pprova jwaqqafhom, iżda huma aggredewh b'oġġett iebes u ħarbu minn fuq il-post b'vettura.

Stqarrew li żewġ impjegati oħra li kienu fil-ħanut waqt is-serqa; raġel ta' 55 sena residenti l-Gżira u raġel ta' 33 sena resident n-Naxxar, ma sofrew l-ebda ġrieħi, ħlief għal xokk.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 45 sena l-Isptar għal kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

QABEL:

Persuna weġġgħat wara hold-up f'Tignē Point fejn qed jiġi allegat li nstemgħu xi tiri tan-nar.

Kien għall-ħabta tal-10:00am meta xi persuni mgħammda allegatament daħlu fil-ħanut Diamonds International u serqu numru ta' ġojjelli. Wara allegatament huma ħarbu minn fuq il-post u qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.

Ma' Xarabank il-Pulizija qaltilna li persuna li taħdem f'dan il-ħanut sfat imweġġa' iżda mhux kawża tat-tiri sparati.

Filwaqt li ssejħet l-assistenza medika, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

No comments:

Post a Comment