best deal

Monday, 16 October 2017

Peter Calamatta, mill-pjanti għall-country


Peter Calamatta, magħruf għall-ħidma tiegħu fl-ortikultura, ta’ 77 sena joħroġ is-sitt CD tiegħu.

Peter jirrakkontalna kif qabad il-karriera mużikali, ħames snin ilu. “Qatt ma immaġinajt li ta’ 72 sena nibda nkanta. Kont qiegħed fil-karozza ma’ Stan Azzopardi, li jgħix l-Awstralja u ġie għal btala Malta, u fil-karozza kien hemm id-diski għaddejjin. Bdejt inkanta magħhom u Stan dar fuqi u qalli , "Kemm taf tkanta." Minn hemm ħarġet l-idea li nibdew naħdmu flimkien fuq xi kanzunetti,” jgħidilna Peter.

Peter jistqarr li kienet il-ħolma ta’ ħajtu li jkun kantant. “Minħabba li l-karriera ta’ kantant ma waqgħetx fil-parametri li ommi u missieri kienu ħolqu għalija u għall-ħuti, din ix-xewqa qatt ma rnexxieli nwettaqha. Però matul is-snin, l-interess fil-kant baqa’ hemm. Kont inħobb nisma’ ħafna lil Frank Sinatra, Perry Como, Nat King Cole, Domenico Mundugo, Adriano Celentano u Gianni Morandi. U ta' 72 sena, ix-xewqa li kelli minn età żgħira, saret realtà,” jistqarr Peter.

“L-ewwel tkellimna ma’ Fr Hillary u flimkien iddeċidejna li noħorġu xi kanzunetti marbuta mal-Milied, u li l-qliegħ imur għall-Millennium Chapel. Wara li ħriġna 5 CDs, Fr Hillary qalli biex din id-darba naħsbu f’organizzazzjoni oħra u ħsiebna fl-Inspire. Din is-CD hi daqsxejn differenti mill-oħrajn għaliex minħabba li għandi leħni baxx li jmur ħafna għall-country, morna għal country & western,” jispjegalna Peter.

B’24 diska, din is-CD tinkludi d-diski Ruby, Lucille u She Believes in Me. Jekk tixtieq tixtri kopja, u fl-istess ħin tgħin lill-Inspire, idħol hawn

Ħa nagħtuk ħjiel żgħir ta’ din id-diska f’dan il-filmat:



Ritratt: Times of Malta

No comments:

Post a Comment