
Ftit tal-ħin ilu ċempel raġel jilmenta fuq id-dranaġġ u l-ġrieden li ħerġin minn tappiera fuq ir-rampa tal-garaxx tiegħu.
Martin huwa resident f'Marsaskala li għal din l-aħħar sena ilu jaffaċċja din is-sitwazzjoni. "Waħda mill-ikbar problemi fi Triq is-Salina hija t-tappiera li qiegħda fuq ir-rampa tal-garaxx tiegħi. Kull meta jinstadd id-dranaġġ, li huwa antik u li fih ħafna ħsara, it-tappiera togħla u miegħu jitla' t-toilet u jinżel fil-garaxx tiegħi. Mat-toilet jitilgħu wkoll il-ġrieden. Fil-fatt wara li ħadt ir-ritratti lanqas dħalt id-dar għax tlaqt 'l hemm."
Jistqarr li minkejja li jafu l-awtoritajiet, il-problema għadha hemm. "Kull darba mmorru għand il-Kunsill, li jikkopera magħna, jiktbu lil tad-drenaġġ. Dawn jiġu bit-trakk, jiftħu d-drenaġġ imma l-ħsara ma tissewwiex," jgħidilna Martin.
Martin jappella lill-awtoritajiet. "Jiena qed ngħix f'inkonvenjenza kbira għax issa li ġejja x-xitwa, is-sitwazzjoni se tkun agħar. It-tappiera trid tinqala' minn hemm u tiġi kif sippost fit-triq u mhux quddiem il-bieb tal-garaxx tiegħi. B'din l-inkonvenjenza qed inlaqqtu l-ġrieden u t-toilet tan-nies," itemm jgħid Martin.
No comments:
Post a Comment