best deal

Thursday, 19 October 2017

Siġra għal kull min jagħti €500 lill-Istrina

Kull min se jagħti donazzjoni ta' 500 jew iktar b’risq l-Istrina, se jħawwel siġra.


Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca, is-Sur Jesmond Aquilina, is-Sindku tal-Ħal Qormi, u s-Sur John Camilleri, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation, nedew kampanja li permezz tagħha ġiet inawgurata inizjattiva ġdida għall-Istrina 2017.

Din se tkun possibli bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta Ħal Qormi u l-Malta Parks.

Il-President ħabbret li għall-edizzjoni tal-Istrina 2017, dawk l-individwi, familji jew entitajiet kummerċjali li ser jagħtu donazzjoni jew pledge ta' €500 jew aktar, ser jiġu mistiedna jħawlu siġra f’dawn l-imsaġar tas-Solidarjetà.

Il-benefatturi ser ikollhom l-opportunità li din l-istess siġra tingħata isem skont ix-xewqa tagħhom. Il-President spjegat ukoll li, flimkien mal-Kunsilli Lokali, qed u ser jkunu identifikati aktar żoni madwar Malta u Għawdex, biex il-gżejjer tagħna, permezz ta' dawn l-imsaġar, ikomplu jkabbru wkoll l-għarfien b’risq is-sostenibbilita' tal-ambjent tagħna u saħħitna.

Dawn l-imsaġar tas-Solidarjetà huma maħsuba biex jagħtu ħajr lill-benefatturi tal-MCCFF, iżda fuq kollox, biex jikkontribwixxu lejn is-saħħa tal-membri tal-komunatijiet tagħna għax tiżdied l-arja nadifa.



Fil-fatt, f'Wied is-Sewda, ġewwa Ħal Qormi tħawlet l-ewwel siġra indiġiena (Siġra tal-Luq) mill-President ta’ Malta.

B’din l-inizjattiva, l-MCCFF u l-Kunsilli Lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom lejn l-Agenda 2030 tal-Ġnus Magħquda u l-Miri għall-Iżvilupp Sonstenibbli, partikolarment il-Mira Numru 15, li tittratta dwar il-protezzjoni tal-użu sostenibbli tal-ekosistemi u l-immaniġjar sostenibbli tal-foresti.

No comments:

Post a Comment