Dan Stefan Bartolo. Malti li jixbah lill-plejer tal-Juventus Sami Khedira.
Ma' Xarabank Stefan, il-Maniġer tal-Marketing, tal-Komunikazzjoniu tal-PR tal-GO, jispjegalna kif sar jaf li jixbah lill-plejer tat-tim Nazzjonali tal-Ġermanja Sami f'tieġ. "Kien is-sajf, fi żmien meta kienet qed tintlagħab it-Tazza tad-Dinja li ntrebħet mill-Ġermanja. U kont qiegħed f'tieġ u kien hemm raġel qal, "Illallu haw' Sami." Peress li m'iniex dilettant tal-futbol, mort niċċekkja minn fuq l-internet u dak il-ħin għedt, "Illaħwa kemm jixbahni.""
Minħabba li Sami kien magħruf għaliex lagħab mal-Ġermanja fi żmien it-Tazza tad-Dinja, bdew iwaqfuh in-nies. "Ġieli kont l-ajruport u smajt lin-nies jgħidu minn taħt, "Ara kemm jixbah lil Sami." Dak is-sajf tat-Tazza tad-Dinja, kont sifirt Munich, il-Ġermanja, u n-nies bdew jaħsbuni hu. Darba kont qed nimxi fi triq u xi nies waqfuni biex nieħu ritratt magħhom. Meta ersaq fil-viċin, indunaw li m'iniex hu. Iktar u iktar meta raw li ma nitkellimx bil-Ġermaniż u li miegħi ma kienx hemm it-tfajla tiegħu, mudella li jaf kulħadd."
Imma qatt iltaqa' miegħu? "Qatt ma ltqajt miegħu imma tkun xi ħaġa sabiħa li niltaqa' miegħu. Anke għalih li jkun jaf li hawn xi ħadd li jixbhu," jgħidilna Stefan.
Inti tixbah lil xi ħadd famuż? Ibagħtilna ritratt fuq xarabank@tvm.com.mt jew fuq Facebook.
U tinsewx, għada jibda Xarabank!
No comments:
Post a Comment