Ilbieraħ tħabbru dawn is-16-il kanzunetta għall-fażi finali tal-Malta Eurovision Song Contest:
1 | Dai Laga | Aidan |
2 | We Can Run | Avenue Sky |
3 | Heart Of Gold | Brooke Borg |
4 | Taboo | Christabelle Borg |
5 | One Step At A Time | Danica Muscat |
6 | Turn It Up | Deborah C |
7 | Back to Life | Eleanor Cassar |
8 | Supernovas | Jasmine Abela |
9 | Love Renegade | Lawrence Gray |
10 | Call 2morrow | Matthew Anthony |
11 | Breaking Point | Mikhail Attard and Cherylis Camilleri |
12 | Rocket | Miriana Conte |
13 | Evolution | Petra |
14 | Beyond Blue Horizons | Rhiannon Micallef |
15 | Song For Dad | Richard & Joe Micallef |
16 | First Time | Tiziana Calleja |
Aidan: "Kuntent ħafna għax l-ewwel darba li qed nieħu sehem fil-Eurovision. Apparti minn hekk għandi kanzunetta oħra li għaddiet għall-finali, We Can Run, ta' Avenue Sky għax jiena parti minn dan il-grupp. Kuntent li għaddiet ukoll il-kanzunetta li se nkun qed inkanta waħdi għaliex il-kliem u l-mużika ktibthom jiena wkoll. Ikolli nistqarr magħkom li bkejt waħda u sew xħin għajtuli."
Avenue Sky: "Aħna eċċitati ħafna għax bħala grupp ma tantx ilna flimkien u din hija l-ewwel esperjenza tagħna f'festival daqshekk kbir imma ħerqanin ħafna. Naħseb il-grupp tagħna huwa wieħed mill-aqwa boy bands li qatt kien hemm fil-Eurovision."

Brooke Borg: "Minkejja li din mhijiex l-ewwel darba li għaddejt għall-finali, kull sena jkolli l-istess emozzjonijiet. X'ħin tħabbar li l-kanzunetta għaddiet għall-finali, kont kuntenta imma fl-istess ħin waqajt ftit ħażin għal sħabi l-oħra li kienu hemmhekk u ma qalux isimhom. Tal-familja kienu kuntenti ħafna għax emmnu fid-diska imma dan ma jfissirx li ħaduha forgranted li se ngħaddi."

Christabelle Borg: "Ferħana ħafna. Però hija triq twil għax il-Eurovision huwa fi Frar li ġej. Nibdew naħdmu minn issa għax il-kompetizzjoni hija qawwija u hemm ħafna kantanti tajbin li ġieli segwejthom. Ovvjament il-kanzunetti tal-kantanti l-oħra għadni ma smajthomx, però nemmen fil-kanzunetta tiegħi. Jiena nsuq iż-żiemel tiegħi u ħaddieħor isuq iż-żiemel tiegħu."

Danica Muscat: "Wara li ħdimt ħafna u emmint ħafna fil-kanzunetta, hija ta' sodisfazzjoni li qiegħda mal-finalisti. Kull meta ngħaddi għall-Eurovision inkun kuntenta għax naf li għalkemm ħa jkollok ħafna preparamenti, fl-aħħar mill-aħħar ħa jkollok is-sodisfazzjoni li tajt show tajjeb. Issa naħdmu u naraw minn hemm."

Deborah C: "Ferħana ħafna għax din hija esperjenza pożittiva u dejjem inkun ħerqana għall-Eurovision. L-uniku dispjaċir li għandi hu li Josef mhux qiegħed miegħi, wara sena naħdmu flimkien. Però l-kanzunetta li għandi nemmen ħafna fiha. Naħseb li hija l-iktar kanzunetta għal qalbi u li fiha potenzjal."
Eleanor Cassar: "Wara ħames snin ma niħux sehem, issa ninsab kuntenta ħafna. Ħdimt ħafna fuq din il-kanzunetta. Hija kanzunetta totalment differenti u anke l-istil tiegħi huwa differenti. Ħerqana ħafna li nerġa' nitla' fuq dak l-istage għax ilni ħafna issa! Immissjajtu."

Jasmine Abela: "Kont eċċitata ħafna imma xħin għajtuli, striħajt u fl-istess ħin tibda tgħid xi ġmiel ħa jkolli opportunità li nerġa' nippjana dan proċess twil u sabiħ. Minkejja li din t-tieni darba tiegħi, xorta kelli dik l-emozzjoni minkejja li pprovajt nibqa' kalma."

Lawrence Gray: "Kuntent ħafna li ħa nerġa' nkun hemmhekk wara sena ma nieħu sehem. L-importanti għalija li nipparteċipa, li qiegħed hemmhekk, li nieħu gost u li nagħti gost il-fans tal-Eurovision."

Matthew Anthony: "L-ewwel darba li qed nieħu sehem fil-Eurovision u hija naqra surrealistika l-ħaġa għalija għax jiena vera fan kbir tal-Eurovision u nħobb insegwi l-kantanti ta' Malta u anke ta' barra, u issa li jiena parti minnhom, għaddew jumejn u xorta ma nistax nemmen tant kemm jien kuntent ħafna!"

Mikhail Attard u Cherylis Camilleri: "Ninsabu verament kuntenti għax din hija l-ewwel esperjenza tagħna. Din id-diska minn dejjem konna nemmnu fiha u din hija t-tielet darba li ssottomettejnieha u fl-aħħar għaddiet. Issa ħerqanin li naqsmu din l-esperjenza flimkien. Nawguraw kull suċċess lill-kantanti l-oħrajna u jalla l-wirja tagħna tkun waħda tajba u li tintlaqa' min-nies."
Mirana Conte: "Onestament dakinhar li mort għall-audition, qabadni laryngitis il-lejl ta' qabel, u l-audition mort bla leħen. Allura ma tantx kont ċerta jekk se ngħaddix jew le. Għalhekk ilbieraħ ħadt sorpriza tal-blieh. Kuntenta ħafna li għat-tieni darba reġa' rnexxieli."

Petra: "Inħossni kuntenta ħafna għax ilni erba' snin ma nieħu sehem. Issa nibdew il-preparament għal Frar li ġej."

Rhiannon Micallef: "Kuntenta ħafna li rnexxieil ngħaddi għat-tieni darba konsekuttiva fi ħdan il-festival! L-impenn ilu li beda u issa għandi l-opportunità li nwettaq dak li xtaqt u ħerqana ħafna għal li jmiss. Beyond Blue Horizons' hi kanzunetta li emmint ħafna fiha, b'ħoss differenti għal Eurovision. Nispera u nittama li l-għan u l-messaġġ jintlaħaq u nkomplu bix-xogħol li jien flimkien mat-tim tiegħi bdejna."

Richard & Joe Micallef (Joe): "Ħadt pjaċir li 'l Richard daħlitlu l-kanzunetta għax bħala kantawtur huwa dedikat ħafna. Din is-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla ħa jkollu tarbija u jekk jirbaħ, ikun rigal sabiħ għalih. Min-naħa tiegħi diġà rbaħt għax għandi l-unur ngħid li naħseb li jiena l-ixjeħ li qatt kien hemm s'issa f'dan il-festival. Għandna kliem oriġinali u kanzunetta tajba għax kieku ma kinitx tasal sa din il-fażi. Kien semmagħhieli fuq il-kitarra u kien qalli: "Din għalik u għalija u jekk ma tagħmilhiex miegħi, ma ndaħħalhiex" u għedtlu "Mhux se niksirlek qalbek." Nirringrazzja lil Alla u nispera li nibqa' ħaj biex nagħmilha."
Tiziana Calleja: "Jiena kont ilni ma nidħol mill-2010. Jiġifieri domt ma naħsibha ftit imma din is-sena għandi tim li mbuttaw naqra miegħi wkoll u irnexxielna nagħmlu s'hawn. Ma stennejthiex imma kont fil-logħba u ħdimt għaliha biex nasal sal-finali mbagħad jiġri li jrid. Issa naħdmu għal li jmiss."
Il-Eurovision se jsir fi Frar li ġej.
Ritratt tal-faċċata: Television
No comments:
Post a Comment