Illejla f'Xarabank se niltaqgħu ma' Conray, dan il-ġuvni Malti li hawn f'dan ir-ritratt, hawn wara li ħa d-droga sintetika.
"Niltaqa' ma' diversi nies jgħiduli, "Dak Xarabank meta wrejtu l-ħofor fis-saqajn bid-droga, salva lil ibni jew lil binti." Ġieli niltaqa' ma' addicts li qaluli li marru għand il-Caritas wara li raw dak il-filmat. Illejla nittama li jiġri l-istess wara li se nuru x'tagħmillek id-droga sintetika," jgħidilna Peppi Azzopardi.
F'Xarabank se jintwera wkoll filmat ta' Conray. Conray jgħidilna, "Kienet tieħu l-filmati ommi biex meta niġi f'tiegħi turihomli għax jien ma kontx inkun naf li qiegħed f'dan l-istat."
Wara li ħa d-droga sintetika, Conray intilef minn sensih u għamel 3 ijiem f'koma, fix-xifer tal-mewt. "Illeja għidu liż-żagħżagħ, anke ta' 12-il sena, biex jaraw il-programm għax fil-bidu se nxandru din l-istorja.
No comments:
Post a Comment