best deal

Tuesday, 31 October 2017

X'għamlu l-Pulizija meta Natalie għamlet rapport li kienet mhedda?


Qarib ta' Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tlett ijiem nieqsa, jallega li r-rapport li kienet għamlet li qed tiġi mhedda minn żewġha, il-Pulizija ma ħaduhx bis-serjetà li kien jistħoqqlu.


Ir-raġel fil-familja tagħha jispjega li Natalie kienet ilha tiġi mhedda. "Fil-jiem li għaddew, żewġha kien qed jheddidha li jaħtafha. Però minħabba li ġieli rrapportat qabel u qatt ma ġara xejn, il-Pulizija qishom ma ħaduhiex bis-serjetà. Il-Pulizija wkoll eskludiet li r-raġel seta' kien kompliċi f'dan il-każ, u aħna bdejna nxerrdu r-ritratt tagħha qiegħda miegħu għax assumejna li fejn jinsab hu, hemm hi miegħu."

"Ilbieraħ mort għand il-grocer u xħin ksirt il-kantuniera, nara tnejn jitlewmu. Wieħed minnhom kien ir-raġel ta' Natalie li mar jixtri l-għeneb mingħand il-grocer u l-qarib ta' Natalie li mbagħad ċempel lill-Pulizija. Żewġha kkoopera mal-Pulizija u kellu jgħidilhom fejn qiegħda. U sabuha f'ħofra taħt l-art, mitlufa minn sensiha." jgħid ir-raġel. Il-qarib tagħha jallega li Natalie ntefgħet l-ewwel fil-baħar u mbagħad poġġieha fl-għar mitlufa minn sensiha fejn sabuha. 

Natalie Williams, ta' 46 sena, dehret l-aħħar il-Ġimgħa li għadda fiż-Żejtun u nstabet mitlufa lbieraħ mill-Pulizija fl-inħawi tar-Rinella, il-Kalkara

No comments:

Post a Comment