best deal

Saturday, 4 November 2017

BIL-FILMAT: "Ħadt ritratt tal-ħares li ma kienx hemm"



Jieħu ritratt quddiem kappella f'Ħad-Dingli biex juri li "ħares" jista' jkun immaġinazzjoni tal-moħħ.


F'Xarabank tal-ġimgħa l-oħra Ylenia, co-host tal-Bay Breakfast, kienet qalet li fl-istess post f'ritratt li ħadet hemmhekk deher ħares.



Bjorn mar fl-istess post imma ma ra xejn. "Sħabi semgħu li kien hemm xi nies li raw dan il-fenomenu hemmhekk u tħajru biex imorru jaraw għaliex dawn l-affarijiet jinteressawhom. Qaluli biex immur magħhom u jiena mort biex nara. Kif konna hemmhekk, iltqajna ma' ghost hunter u saqsiena jekk irridux nipprovaw nitkellmu mal-erwieħ. Aħna għednielu iva biex naraw kif dawn l-affarijiet jaħdmu għax qatt ma esperjenzajniehom qabel," jgħidilna Bjorn.

Bjorn jagħmel esperiment bil-kamera tiegħu. "F'ħin minnhom meta konna fuq quddiem tal-kappella, għedt ħa nieħu ritratt biex nuri kif l-affarijiet jistgħu jkunu immaġinazzjoni tal-moħħ. Tfajna persuna fuq quddiem il-bieb u ħadtlu ritratt imma mbagħad għedtlu biex jinżel, u dak il-ħin ħadt ritratt ieħor hu u miexi. B'2 second exposure ġie qisu jidher ħares," jgħidilna Bjorn.

Bjorn jieħu ritratt ieħor u fih tidher bħal figura. "Ħadna ritratt u fid-dlam ta' warajna, f'daqqa waħda tidher figura oħra. Hemm ċans li kienet figura għax ħadd ma kien liebes bħalma kienet liebsa l-figura li dehret qisha raġel b'faxxa bajda. Waqt il-ghost hunting, bdejna nipprovaw nitkellmu mal-mejtin u meta saqsejna l-mistoqsija, 'Tista' ssemmi isem ta' xi ħadd minna?', smajna l-isem ta' ħabib tiegħi."

Minkejja dan, Bjorn jibqa' ma jemminx. "Personalment jiena ma nemminx għax nipprova nkun iktar realistiku u nipprova nsib raġuni mill-ħaġa."

Ħafna kienu dawk li kkummentawlu fuq ir-ritratt u ħasbu li l-figura li tidher fir-ritratt hija ħares.

Inti x'taħseb?

1 comment:

  1. Jiena kont mort ma larusa tighaj emm ahna kona erba persuni meta wasalna hu lara tighaj iparkja il karozza tighaw qudiem il kapella ta hadd dingli u uma maru jimxu ftitt sadatant jiena u larysa tighaj kona gol karozza nitkellmu fuq il hares ta kappella ta hadingli jiena maneminx bdejt nejdila ima wara hames minuti rajt isu bniedem li 5 secondi u jitholl il kapella jiena malewel tlaqna ghax tal bizza

    ReplyDelete