Bla mistenni, bħal-lum 32 sena ilu, fit-23 ta’ Novembru,
1985, fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta niżel Malta ajruplan tal-Egypt Air,
maħtuf b’98 passiġġier abbord.
Omar Mohammed Ali Reżaq, wieħed mit-tliet terroristi li
ħatfu l-ajruplan u f’Malta spara f’ras 5 passiġġieri tal-ajruplan, baqa’ ħaj.
Omar Mohammed Ali Reżaq huwa Palestinjan li ma għex qatt
fil-Palestina. Hu twieled u għex ġo kamp tar-refuġjati fil-Libanu. Fl-1982, ra
lill-familja tiegħu tmut fil-massakru li sar f’Sabra u Shatila fil-Libanu.
Kien propju għalhekk li bi tpattija, Ali Reżaq
ingħaqad mal-grupp Egyptian Revolutionary Command u aċċetta li jibda jagħmel
dan ix-xogħol.
![]() |
Fin-nofs - Omar Mohammed Ali Rezaq (Ritratt Times of Malta) |
Lura
għal Hijack. Il-pirati tal-ajru riedu l-fuel sabiex ikunu jistgħu
jkomplu bl-vjaġġ u għalhekk ma kellhomx alternattiva oħra ħlief li jinżlu Malta
għall-fuel. Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Karmenu Mifsud Bonnici,
beda jinnegozja ma’ Ali Reżaq mit-torri tal-kontroll. L-interess
tal-Gvern Malti kien li qabel ma jitlaq l-ajruplan mill-Malti, jinħelsu
l-ostaġġi kollha.
Iżda meta nqatlet l-ewwel persuna, l-awtoritajiet Maltin
żammew iebes u m’awtorizzawx li jagħtu l-fuel lill-ajruplan.
Il-Pirati li kienu rassenjati f’dak li riedu jagħmlu, heddew li joqtlu persuna
kull kwarta u bdew joqtlu xi passiġġieri Lhud u Amerikani li ntgħażlu minn
qabel wieħed, wieħed.
Wara 24 siegħa ta' negozjati, il-każ spiċċa fi
traġedja ta’ vittmi barranin li poġġa dan il-każ għall-attenzjoni tal-midja u
kmamar tal-aħbarijiet barranija. Propju dak li riedu jiġri t-terroristi.
Tajjeb li wieħed isemmi li fin-negozjati daħlet l-armata
Eġizzjana, li mbagħad din ħadet ‘over’ tat-tmexxija fuq l-ajruplan u minflok
inħelsu l-passiġġieri, dawn splodew l-ajruplan li b’kawża ta’ hekk inħarqu xi
passiġġieri li kien hemm abbord inkluż tfal u 2 nisa tqal. Min irnexxielu
jaħrab, sparawlu.
Minkejja
t-tentattivi kollha mill-Eġizzjani biex il-hijackers jinqatlu
kollha, Omar kien irnexxielu jsalva. Hu ntlaqat minn xi tiri waqt li pprova
jaħrab mal-passiġġiera l-oħra fejn ittieħed l-isptar għall-kura, ġie operat u
salva.
Mill-evidenza kien ġie identifikat li huwa kien wieħed
mill-hijackers fejn wara li ġie meħlus mill-ħabs ta’ Malta, Ali
Reżaq reġa’ nħataf mill-awtoritajiet Amerikani biex jgħaddi proċeduri fuq hijacking u
terroriżmu. Huwa mbagħad instab ħati u għadu qed jiskonta sentenza ta’ għomor
il-ħabs fl-Amerika.
Xarabank kien stieden persuna li kienet
propju fuq l-ajruplan. Ara hawnekk dak li ġara skont kif irrakkontat minn
Jackie Pflug stess.
No comments:
Post a comment