best deal

Tuesday, 21 November 2017

BIL-FILMAT: Dylan Saliba jsir famuż mad-dinja wara li kanta Nessun Dorma fix-'shower'


Filmat ta' Dylan Saliba, spiċċa dar id-dinja kollha, wara li kanta Nessun Dorma huwa u jsewwi doċċa.
Dylan li jgħix f'Syndney, l-Awstralja, huwa plumber u spiċċa fuq diversi stazzjonijiet u gazzetti wara li għaġġeb lil kulħadd bil-vuċi tiegħu. Wara li rajna kunjomu, bdejna nistaqsu jekk Dylan huwiex Malti u ma qgħadniex naħsbuha darbtejn u kkuntattjanieh. "Familti emigrat mil-Lebanon imma ma neskludhiex li għandi xi antenati minn Malta," jgħidilna Dylan.


Ovvjament ma stajniex ma nistaqsuhx fuq il-filmat li ġibidlu l-kollega tiegħu. "Il-kant mhuwiex il-professjoni tiegħi imma ilni għal dawn l-aħħar 6 snin inkanta fil-kamra tal-banju u jien u naħdem! Ma kellix idea li sieħbi kien qed jiġbidni bil-mowbajl tiegħu dak il-ħin. Kont ilni nkanta lejl sħiħ u ġibidni fl-aħjar mumenti."



"Meta rajt il-vidjow bqajt bla kliem. Ir-reazzjoni u s-sapport tan-nies minn madwar id-dinja kienu impressjonanti. Il-familja tiegħi xxukkjat ruħha u baqgħet impressjonata. Lanqas ħadd ma stennieha. Veru ninsab grat! Wara li l-vidjow dar mad-dinja kollha, kelli diversi intervisti b'diversi telefonati u ġejt intervistajt fuq Channel 7 fuq Sunrise, li huwa wieħed mill-ikbar xows fl-Awstralja," jispjegalna Dylan.


Filwaqt li Dylan għadu jaħdem bħala plumber, ix-xewqa tiegħu hija li jibda l-karriera tal-kant.

Sa issa fuq id-Daily Mail dan il-filmat rawh 900 elf darba u fuq Love that Matters raw 800 elf darba. Fi kliem ieħor rawh 'il fuq minn miljun darba!

Ixxerja dan l-artiklu jekk għoġbok!

1 comment: