Il-ġuvni maħbub illum jagħlaq 4 snin li ħalliena ħabta u sabta.
Kien it-23 ta' Novembru, is-Sibt filgħaxija. Igor ikun id-dar ma' ommu.
Ommu tirrakkonta kif dakinhar binha Igor qalilha: 'Ma ħa
nidħol norqod għax għajjien." Qatt ma smajtha din il-kelma minn ħalqu.
L-ewwel darba li qalli li qed iħossu għajjien. U ħriġt mill-kamra tiegħu u
lanqas tilħaq tgħaddi minuta li ma nismax lil ħuh iż-żgħir
jghidilha "Ejja ma għax hawn Igor mal-art".
Il-missier qalilna, "Jiena rajtu jaqta' nifsu u għedt
lil mara biex tieħu ħsiebu ħalli nilħaq inċempel lill-ambulanza."
"Ma nista' ninsa qatt dak il mument. Ħadli erba' nifsijiet u f'daqqa wahda ma ħadlix nifs ieħor, bdejt ngħajjar u nwerżaq li t-tifel miet," qaltilna l-omm.
Igor jittieħed l-isptar imma kollu għalxejn.
Ftit jiem qabel il-funeral, il-kuġina ta' Igor, Chantelle, toħlom li kuġinuwha miet. "Qabel daħlt norqod ġietni viżjoni li qed nara l-funeral tiegħu. Qatt ma konna tkellimna fuq funerali u bdejt ngħid, 'Bambin neħħili dan il-ħsieb.
Il-lejl ta' qabel ma miet, Igor kien qed jara t-televiżjoni fis-sodda ta' ommu. "Il-Ġimgħa konna qed naraw Xarabank. Qisha qalbi ħabbritni li ser tiġri xi ħaġa għax dakinhar raqad hu miegħi u bdejt infissdu ħdejja u marret għajnu bih."
Ommu tgħidilna li Igor kien kollox. "L-ewwel wild tiegħi. Kien tifel ċajtier. Il-kbir fost ħutu, u dejjem bi tbissima. Fessud minn kulħadd. Dejjem bid-daħka f'wiċċu.
Xarabank isellem il-memorja ta' Igor, żagħżugħ li baqa' fil-qlub tal-għeżież tiegħu u tal-Maltin kollha.
No comments:
Post a Comment