best deal

Wednesday, 1 November 2017

BIL-FILMAT: "Immorru jew ma mmorrux il-funeral ta' Daphne Caruana Galizia?"


Peppi Azzopardi jitkellem dwar il-funeral ta' Daphne Caruana Galizia.


"Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia għamlitha ċara li ma tridx lilna l-ġurnalisti nirrappurtaw u nxandru l-funeral ta' Daphne Caruana Galizia. Għamlitha ċara, oħt Daphne Caruana Galizia, illi ma trid lil ħadd jiffilmja u jieħu ritratti ta' dan il-funeral. Trid li jkun funeral privat. Però tqum dilemma, fuq iz-zuntier, f'post pubbliku, aħna l-ġurnalisti għandna niffilmjaw almenu l-biċċa tal-pjazza fejn huwa veru post pubbliku?

Aħna ħsiebna ħafna fuqha bħala tim u ddeċidejna li le. Jekk hi x-xewqa ta' Daphne Caruana Galizia li ma jkunx hemm pubbliċità għal dan il-funeral, allura ma tagħmilx sens li mmorru fil-pjazza. Aħna kull meta ffilmjajna funeral, dejjem għax kellna x-xewqa tal-familja li jixtiquna niffilmjaw jew il-permess tagħhom. Jidher li m'għandniex permess. Ma nafx inti x'taħseb li kieku kont ġurnalist jew ġurnalista?" 

2 comments:

  1. It-thabbira tal-funeral kienet fuq it-Times od Malta.Jiea hadt l-impressjoni li kulhadd jista jmur ghal-quddiesa tal-funeral.Nahseb li l-knisja ser tkun ippakjata bin-nies bhal ma kien hemm hafna l-Belt u tas-Sliema.RIP.

    ReplyDelete
  2. Din il mara kuragguza jixirqilha hemm u aktar harget ghonqa ghalMaltin ta rieda tajba kollha u thalset billi qatluha bl-aktar mod barbaru u brutali

    ReplyDelete