
Din it-tfajla Maltija ta' 16-il sena għaddiet għall-fażi li jmiss fl-X-Factor tal-Litwanja.
Kelsey Bellante tgħidilna x'wassalha biex tieħu sehem f'dan l-X-Factor. "Kont ħadt sehem f'kompetizzjoni internazzjonali li saret fil-Litwanja u ġejt l-ewwel. Il-ġurija ta' din il-kompetizzjoni kienu minn The Voice u X-Factor. Wara li spiċċat il-kompetizzjoni, avviċinawni u saqsewni jekk irridx nieħu sehem f'The Voice jew f'X-Factor u għażilt li nieħu sehem f'X-Factor," tgħidilna Kelsey.
Kelsey, li ilha tkanta 6 snin, tiddeskrivi din l-esperjenza bħala waħda sabiħa. "Minħabba li kienu diġà semgħuni, ma kellix għalfejn nagħmel audition qabel u rnexxieli ngħaddi għal din il-fażi. Issa wasalt fil-fażi tal-boot camp. Din hi esperjenza vera sabiħa. Kien hemm ħafna rehearsals u intervisti involuti. Ħassejtni eċitata ħafna u ħassejtni ħa mmut ngħidlek il-verità. Però hi esperjenza li żgur mhu ħa ninsa qatt u kuntenta ħafna bir-riżultat li rċevejt,' tistqarr Kelsey.
"Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport li qed jurinu ħafna nies u tal-messaġġi sbieħ li qed jibagħtuli. Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-familja u lill-ħbieb tiegħi," ittemm tgħidilna Kelsey.
Ritratt: 15.min.It
"Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport li qed jurinu ħafna nies u tal-messaġġi sbieħ li qed jibagħtuli. Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-familja u lill-ħbieb tiegħi," ittemm tgħidilna Kelsey.
Ritratt: 15.min.It
No comments:
Post a Comment