best deal

Monday, 27 November 2017

BIL-FILMAT: Kylie għandha tliet birthdays. Kompli aqra u ssir taf għaliex.


Ilbieraħ Kylie ċċelebrat birthday ieħor, is-sentejn anniversarju minn meta għamlet it-trapjant tal-fwied.



Meta Kylie kellha seba' snin mardet b'marda serja u rari ħafna. Lil ommha, Alison, jgħidulha li Kylie kellha bżonn trapjant tal-mudullun. Sakemm qed tistenna għall-operazzjoni lil Kylie jitlagħlha d-deni, tiddaħħal l-emerġenza l-isptar u tispiċċa fl-ITU. Lil ommha jgħidulha li f'Kylie feġġgħet marda oħra. Fil-fwied. Il-fwied ta' Kylie ma baqax jiffunzjoni. Issa Kylie kellha bżonn żewġ trapjanti; tal-mudulllun u tal-fwied.




Alison ma tinsa qatt it-telefonata li rċeviet meta Kylie kienet l-ITU. Jgħidulha li sabu donatur tal-fwied għal Kylie. Dan id-donatur kien jinsab l-Ingilterra allura b'mod urġenti kellha tkun l-Ingilterra, l-ewwel għat-trapjant tal-fwied u wara għat-trapjant tal-mudullun li tathulha oħtha, ta' sentejn.


Alison tgħidilna li b'kollox Kylie tiċċelebra tliet birthdays. "Ilbieraħ iċċelebrajna l-għeluq it-tieni anniversarju tagħha mit-trapjant tal-fwied. Dan il-jum kien importanti għax taha ħajja ġdida. Jiġifieri li kieku ma sarx dan it-trapjant, illum il-ġurnata mhijiex magħna t-tifla. It-tifla tagħlaq il-birthday 3 darbiet; il-birthday ta' meta twieled, il-birthday ta' meta għamlet it-trapjant tal-fwied u l-birthday tat-trapjant tal-mudullun." 


Kif għenitha l-Istrina? "Il-Malta Community Chest Fund Foundation tgħinna ħafna, fosthom bit-titjiriet, għax nitilgħu ta' spiss l-Ingilterra u dejjem sibnieha t'għajnuna ħafna. Din is-sena biss biss tlajna erba' darbiet. Illum Kylie għamlet progress kbir, dejjem miexja 'l quddiem u għall-grazzja t'Alla kważi ngħixu ħajja normali."






Bis-saħħa tal-kura u bis-saħħa tal-kontribut tiegħek fl-Istrina, Kylie setgħet tagħmel trapjant tal-fwied. Inti tista' tagħmel id-differenza. Inti l-Istrina.


No comments:

Post a Comment