best deal

Monday, 27 November 2017

BIL-FILMAT: "Ma naqbilx mal-liġi kif se tinbidel" - Peppi Azzopardi


Peppi Azzopardi ma jaqbilx li l-ġurnalisti ma jistgħux jibqgħu jiġu akkużati b'azzjoni kriminali permezz ta' bidla fil-liġi.




Fuq vlogg, Peppi jgħid: "Dalwaqt f'pajjiżna se tinbidel il-liġi biex il-ġurnalisti ma jistgħux jkunu akkużati b'azzjoni kriminali fuq xi ħaġa li jkunu kitbu. Hi x'inhi. Jiġifieri l-ġurnalisti qatt ma jistgħu jsejħulhom kriminali. Jiena mill-ftit ġurnalisti, ma naqbilx assolutament ma' din il-liġi."





Peppi jagħti eżempju. "Immaġina xi ħadd fis-satra tal-lejl, jidħol id-dar u jeħodlok l-aktar affarijiet għeżież għalik, fosthom il-ġiżrana tan-nanna. X'nagħmlu? Ngħidu li min daħal hemm ġew huwa kriminal u jekk jinqabad għandu jmur il-ħabs. Bil-kemm ukoll ma jkunx hawn min jgħid, u jiena ma naqbilx, li narmu ċ-ċavett. Issa jekk minflok dak il-ħalliel, ikun ġurnalist/a illi fis-satra tal-lejl jew anke filgħodu fix-xemx jivvinta storja fuqek u jirrovinalek ħajtek, tgħidlix li dan ma jissejjaħx kriminal. Tgħidlix li dan mhux bħall-oħrajn, jekk mhux agħar għax ikun ħalliel tal-integrità. Hawn min tfarrak b'dak li kitbu, b'li ivvintaw jew b'nofs veritajiet jew b'dak li jkunux kitbu u ppubblikaw avolja ma jkunux ċerti."



"Le jien ma naqbilx ma' din il-liġi. Mhux qed ngħid li l-ġurnalisti għandhom imorru l-ħabs għax jiena naħseb li ħadd ma għandu jmur il-ħabs kif qiegħed bħalissa, vendikattiv. Imma lanqas li ngħidu li ġurnalist li jisraqlek l-integrità ma tibqax tgħidlu kriminali. Huwa kriminal, mela inkella x'inhu?" itemm jgħid Peppi.

No comments:

Post a Comment