Il-Pulizija tgħidilna li r-raġel ta' Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tlett ijiem nieqsa, ma setax jitressaq il-Qorti għaliex ma setax jinstab minħabba li m'għandux indirizz fiss.
Il-Pulizija kkonfermaw li rċevew rapporti li kienet għamlet Natalie Williams li qed tiġi mhedda minn żewġha.
It-Tlieta li għadda, qarib ta' Natalie Williams, allega l-Pulizija ma ħadux dawn ir-rapporti bis-serjeta' li kien jistħoqqilhom. Spjegalna li fil-jiem qabel ma nħatfet, żewġha kien qed jheddidha li jaħtafha, pero' minħabba li ġieli rrapportat qabel u qatt ma ġara xejn, il-Pulizija donnhom ma ħaduhiex bis-serjeta'. Żied jgħidilna wkoll li l-Pulizija eskludiet li r-raġel seta' kien kompliċi f'dan il-każ, u kif kienu huma li bdew ixerrdu r-ritratt tagħha qiegħda miegħu għax assumew li fejn jinsab hu, hemm hi miegħu.
F'reazzjoni l-Pulizija spjegat li kull rapport li għamlet Natalie ġie nnutat mill-Pulizija u tttieħdet l-azzjoni neċessarja min-naħa tad-distrett fejn Natalie għamlet ir-rapport. Żiedet tgħid li meta l-Pulizija tirċievi xi rapport ta' theddid, jittieħdu l-passi neċessarji li hemm fil-liġi. Temmet tgħid li r-raġel ta' Natalie ma setax jitressaq il-Qorti għaliex ma setax jinstab minħabba li m'għandux indirizz fiss.
Għada f'Xarabank se nerġgħu naġġornawkom dwar aktar żviluppi fuq din l-istorja.
Muntaġġ: Chantanne Mackay
No comments:
Post a Comment