Bernadette
Coleiro, il-mara li rebħet kamra tal-banju f'Xarabank il-Ġimgħa li għadda,
tgħidilna li minn dejjem xtaqet tara kif isir Xarabank u għalhekk iddeċidiet li
tibda tiġi fis-sala.
Bernadette li
l-ġimgħa l-oħra rebħet kamra tal-banju kompluta mingħand Stylish Bathrooms, b'valur ta' €3,000.
Tgħidilna kif
ħames snin ilu hi u żewġha ddeċidew li jibdew jiġu fis-sala. "Ilna ħames
snin niġu naraw Xarabank mis-sala. Niftakar li l-ewwel darba li ġejna konna
rbaħna vjaġġ bil-katamaran. Aħna minn dejjem konna narawh minn fuq
it-televiżjoni imma darba minnhom lir-raġel għedtlu, 'Veru tieħu pjaċir tara
Xarabank id-dar għax tkun komda fis-sodda imma nixtieq li xi darba mmur biex
nara kif isir. Mid-dar aħna ma narawx xi jkun għaddej minn wara l-kwinti.' U dak
il-ħin stess qalli biex nibdew immorru. Niftakar ċempilt lil Liliana, bagħtitli
l-biljetti u bdejna niġu minn dakinhar," tgħidilna Bernadette.
Imma għaliex
tippreferi tiġi fis-sala? "Jiena mid-dar ma noħroġx u hemmhekk nagħmilha
man-nies. Però l-iktar li xtaqt niġi biex nara kif isir live u biex nara l-ġenn li jkun għaddej qabel u waqt il-programm," tispjegalna Bernadette.
"Xħin
il-ġimgħa l-oħra telgħet il-lotterija u nisma' 761 f'qalbi għedt, 'Ara dan
in-numru jispiċċa bħal tiegħi. U xħin semma' ismi għedt, 'Illaħwa tiegħi
marelli!' Dak il-ħin stħajt inqum iżda ħadt pjaċir ħafna," tistqarr
Bernadette. Ittemm tgħidilna:
"Wieħed aħjar jara Xarabank mis-sala għax jidħol fl-istorja li tkun
għaddejja."
Għalhekk x'inti tistenna? Ċempel biex tkun magħna fis-sala fuq 21249200 u tkun qiegħed fiċ-ċans li tirbaħ rigali kbar.
No comments:
Post a Comment