best deal

Friday, 3 November 2017

BIL-FILMAT: Tgħid li tkellem lill-mejtin live f'Xarabank illejla


Illejla f'Xarabank, fost suġġetti oħra, se nitkellmu dwar il-mediums u s-sopranaturali. Illejla nisimgħu x'ġara meta Peppi Azzopardi daħal għal sfida li jibda jaqra l-imħuħ ma' nies li ma jafx. Min kien preżenti jgħidlek li 'bellagħhom" bl-affarijiet li kien jaf.


Wara l-istejjer tal-ġimgħa li għaddiet, se niftħu dan is-suġġett għal diskussjoni. Fuq il-panel se jkun hemm il-Guru Adrian Gusman, lill-Medium Leigh, lil Melanie Kelly li kellha programm sħiħ fuq dan is-suġġett u żewġ kelliema li ma jemmnux; Anna Vella u Angela Coleiro.

Se nitkellmu wkoll fuq l-istorja tal-mara li nstabet ġo għar fil-Kalkara. Dwar dan se nitkellmu ma' misserha li se jgħidilna x'ġara dakinhar u fil-jiem ta' qabel.

Se nsellmu lil Janie Turner bl-istorja tagħha u t'oħtha li, b'koinċidenza, mietu f'inċident tat-traffiku, fl-istess triq f'żewġ inċidenti separati.

Illejla, Xarabank titilfux!

No comments:

Post a Comment