Wednesday, 1 November 2017
BIL-FILMAT: Tkellimna ma' min, ilbieraħ, għamel din it-tpinġija
Joseph Muscat u Adrian Delia jispiċċaw impittra fuq ħajt għall-Halloween.
Hekk kif għaddejjin bil-ġranet tal-Halloween, il-Malta Street Art Collective ħasbu biex joħolqu satira polika bi graffita.
"Il-graffita li għamilt hija satira politika għall-Halloween. Għamilt il-mostri u qalb il-mostri għamilt kap tal-Mafia li għandu wiċċ Joseph Muscat. Huwa qiegħed f'pożizzjoni tipika li biha qed jistieden lin-nies ibusulu idejh. Imbagħad hemm il-vampiri li qishom qed ibusulu idejh. Hemm ukoll Adrian Delia bħala farfett il-lejl, lest biex jieħu l-post tal-boss. Fuq wara hemm dar tal-waħx li fuqha qed itellgħu s-sulari tal-konkrit għaliex kif qed jiġri fil-pajjiż, kull fejn tħares tara l-krenijiet u l-flettijiet. Fuq quddiem imbagħad hemm id ħadra ħierġa mill-art, qisha qed tirrappreżenta lill-ħodor u hemm ukoll qabar bil-kliem In Loving Memory of Malta," jgħidilna l-artist.
Iżid jgħid li b'din il-graffita, li tlestiet ilbieraħ, kienet okkażjoni tajba biex jiċċajta ftit fuq il-politika. "Il-messaġġ li nuri kien li għandna mostri li qed jirrovinaw lil Malta imma fl-istess ħin b'ċajta."
Din ma kinitx l-ewwel graffita ta' din ix-xorta għaliex is-sena l-oħra l-Malta Steet Art Collective kienu ħolqu graffita b'Hillary Clinton u Donald Trump biex ikomplu jdaħħluna fl-atmosfera tal-elezzjoni għall-President tal-Istati Uniti.
Fil-fatt hija tradizzjoni tal-Malta Street Collective u l-Malta Skateboarding Association li kull sena għall-Halloween jagħmlu avveniment fl-iskatepark fejn kulħadd jilbes kostum u ssir kompetizzjoni għall-iskateboarders, filwaqt li l-artisti jpinġu xi graffiti.
Inti x'taħseb dwar din il-graffita?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
jar pinga lil Joseph bhala s Salvatur Tal Maltin
ReplyDelete