Thursday, 30 November 2017
Tort tal-kelb?
AĠĠORNATA (13:39):
Aħna tkellimna ma' sid it-trakk u qallina hekk: "Dan il-kelb jekk tmur Baħar iċ-Ċaħaq ħdejn tal-ġelati, tarah jiġri. Dakinhar kont wieqaf hemm qed nistenna jgħadduli l-informazzjoni biex nara fejn irrid immur. Xħin irċevejt l-informazzjoni soqt minn Baħar iċ-Ċagħaq. Hu kien wara l-gabina u ma rajtux u kif wasalt is-Salina qed indur mar-roundabout ħareġ rasu jittawwal. Kif rajtu mill-mera nħsadt. Allura kelli nerġa' ndawwwar u nieħdu Baħar iċ-Ċagħaq u biex niżżiltu kienet iebsa. Biex ma jerġax jitla', tfajt ġebel biex jiġri warajha ħalli nkun nista' nsuq u ma jerġax jitla'.
QABEL:
Dan il-kelb kien qiegħed fuq trakk tat-towing li kien qed jinstaq fi Triq il-Kosta.
F'kummenti fuq Facebook ħafna kienu dawk li tħassru l-kelb minħabba l-periklu li kien jinsab fih u oħrajn indirizzaw kummenti negattivi lis-sewwieq tat-trakk bla ma kienu jafu kif ġrat din il-biċċa xogħol.
Però għal dawn il-kummenti, wieġeb is-sewwieq tat-trakk fejn sostna li l-kelb tela' waħdu u qal li min ħadlu l-vidjow, missu waqfu u qallu li kien hemm kelb fuq wara tat-trakk.
Inti x'taħseb?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment