Il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, iltaqgħet ma' Nigel, tifel li fix-xhur li għaddew ingħata qalb ġdida.
Nigel, it-tifel li s-sena l-oħra seraq il-qlub tal-Maltin fl-Istrina li għaddiet meta qal li għandu bżonn ta' qalb ġdida. Huwa kien spjegalna li jekk il-kura li kien qed jieħu ma taħdimx, ikollu bżonn qalb ta' xi ħaddieħor. Fil-fatt hekk ġara. Ftit xhur ilu Nigel ingħata qalb ġdida, bis-saħħa tiegħek, li kull sena tgħin fl-Istrina.
Nigel baqagħlu ħames xhur oħra l-Ingilterra biex jingħata t-trattament li għandu bżonn. U lbieraħ iċ-ċkejken Nigel iltaqa' mal-President ta' Malta hi u żżur il-pazjenti Maltin f'Sutton f'Londra.
Bħalma jixhdu r-ritratt, il-President ta' Malta qalet li kienu "mumenti emozzjonanti" hekk kif iltaqgħet mal-pazjenti Maltin. "Inħoss sens kbir ta' gradtitudni lejn il-Maltin u l-Għawdxin għall-ġenerożità tagħhom biex jgħinu lil dawn ħutna li jkollhom jmorru barra l-pajjiż għal aktar kura."
Bl-għajnuna tiegħek fl-Istrina tas-sena li għaddiet, il-Malta Community Chest Fund Foundation kienet strumentali biex Nigel ikun jista' jmur l-Ingilterra għall-operazzjoni li rnexxiet. Niltaqgħu fl-Istrina, l-għada tal-Milied fis-26 ta' Diċembru. “Nigel l-Istrina”.
Għax nafu kemm tridu tgħinu lill-Istrina, ixxerjaw dan il-post.
No comments:
Post a Comment