best deal

Friday, 24 November 2017

BIL-FILMAT: Wara 14-il sena jistenna, se jidħol il-ħabs


William se jeħel il-ħabs wara 14-il sena jistenna, avolja ilu clean 10 snin.




Ta' 14-il sena William beda jieħu d-droga. Sar addict għal ħafna snin u anke beda jxerred id-droga. William inqabad ixerridha u tressaq il-Qorti. Din il-ħaġa ilha għaddejja 14-il sena.



"Bdejtha ta' 14-il sena. Wara qisek tibda tesprimenta sakemm imbagħad tispiċċa tqum darba filgħodu b'kullimkien juġgħak. Biex tkompli l-ġurnata ta' kuljum, bħal ħafna nies li jieħdu d-droga, tkompli teħodha biex tkompli man-nies u bl-affarijiet li tkun qed tagħmel. Għalhekk nirringrazzja lil Alla li għaddejt minn dan kollu għax jekk żbaljajt u wara dak kollu tgħallimt minn dak li żbaljat, din tiġi tagħlima. Fil-fatt wara dħalt il-Caritas," jispjegalna William.

William f'10 snin minn meta ħareġ mill-Caritas ma ħax droga. Ilu 8 snin li qata' s-sigaretti u 7 snin li qata' x-xorb. Fi ftit kliem, illum huwa bniedem li la jixrob, la jpejjep u lanqas jieħu d-droga. William tul dan iż-żmien fetaħ ħanut u impjega n-nies. Imma f'daqqa waħda kellu jneħħiħ dan il-ħanut għax jeħel il-ħabs. "Għalaqtu l-ħanut għax mhux ħa mmexxi negozju minn ġol-ħabs."

William jibża' jidħol il-ħabs. "Nibża' mill-ħabs għax dak kollu li bnejt matul dawn is-snin abbli nitilfu." William ma jridx li aħna nħallsu €100 għalih. "Dħalt fis-soċjetà, qed naħdem, għandi l-ħaddiema, inħallas kollox kif sippost u bnejt dan kollu u mbagħad se jitfgħuni ġo ċella u se tħallsu €100 kuljum biex noqgħod il-ħabs."

Għalhekk Peppi, minflok il-ħabs jissuġġerixxi affarijiet oħra li għandhom jingħataw lill-persuni li jinsabu f'din is-sitwazzjoni, bħalma jinsab William. "Li taċċetta li meta jrid l-istat jieħu l-urina tiegħek biex jara jekk inti clean. Li teħel 10 snin biex darbtejn fil-ġimgħa tmur ġo skola u tgħid l-esperjenza tiegħek. U li tingħata 6 xhur kors fejn titgħallem kif tikkomunika mat-tfal." Willam jaċċetta dak li qed jipproponi Peppi.

Inti x'taħseb dwar dan?

6 comments:

  1. Well done, William! It is clear he has turned his life around, why should he be punished and why should his life be ruined all because of a mistake he made when he was only 14 years old?? He has learned from his mistakes... Give the man a break, I say!

    ReplyDelete
  2. Now that William' s case has been waiting 14 years, why can't he and others alike get a chance to differently pay for what was done by legally doing similar to what is being proposed here? 14 years waiting and 10 years legally proving himself would be enough.

    ReplyDelete
  3. well done william it doesn't matter what you have done if it was a threat to the society they should have taken care of it at that time now they have to see what you achieved during this period ,good luck

    ReplyDelete
  4. It is very sad that our judicial system is so blind. The merits of this case clearly say no he shouldnt go to prison. He is rehabilitated , putting him inside will be worse not better!

    ReplyDelete
  5. Good Luck William. I think we all hope you won't relapse if really sentenced to prison. Stay strong.

    ReplyDelete
  6. What is the actual sentence? How many years is he supposed to spend in jail? I can't find the info anywhere. Thank you (and i'm hoping it won't happen though, obviously).

    ReplyDelete