
Dan it-tifel ta' sentejn qabad jagħmel diversi espressjonijiet b'wiċċu meta sema' diska partikolari fit-traffiku.
Massimo, missier Samuel, irnexxielu jiġbed dan il-mument u tella' l-filmat fuq Facebook. "Konna mwaħħlin fit-traffiku u wara li niġbru mill-iskola s-soltu jorqod imma n-ngħas itirlu kif jisma' l-mużika. Dakinhar kont qiegħed fil-karozza u bdejt ngħid, 'Ara t-tifel kif inhu għaddej fuq wara'. Konna qed nisimgħu stazzjon tar-radju li kien qed idoqq ir-rock u beda jagħmel ħafna espressjonijiet b'wiċċu. Malli beda jisma' leħen il-kantant beda jgħolli idu u xħin beda jisma' l-kitarra beda jċaqlaq idu qisu qed idoqq il-kitarra hu. U għedt sakemm nimxu ftit, ħa niġbidlu biċċa.
Minħabba li wara beda jiċaqlaq ftit it-traffiku, waqaft il-vidjow imma hu baqa' t-tifel. F'kull tip ta' diska jibda jiċċaqla imma meta jisma' diska daqsxejn heavy u rock, jidħol fiha wisq u jibda jagħmel dawn l-espressjonijiet kollha. Imbagħad kif tfajt il-filmat fuq Facebook, kulħadd beda jgħidli; 'Il-marelli x'espressjonijiet dawk!' Insomma fi ftit kliem sibna mod kif indawru t-traffiku f'xi ħaġa diverternti," jgħidilna Massimo.
Għandek xi filmat partikolari? Ibagħtuhulna fuq Facebook jew fuq xarabank@tvm.com.mt
No comments:
Post a Comment