Saturday, 18 November 2017
BIL-FILMAT: Żewġ riżultati li biddlu l-ħajja ta' din it-tfajla
Din Sarah qabel u waqt l-intervista.
Sena ilu lil Sarah jgħidulha li għandha kanċer. "Għall-bidu ħadtha naqra bil-kbira. Ovvjament ħa teħodha bil-kbira sakemm tidra imma qisni għamilt kuraġġ," tistqarr Sarah.
Sarah titkellem fuq ommha. "Ommi ħaditha ħażin. Anke jien ħadtha ħażin. Iktar minħabba xagħri ħadtha ħażin imma naf li ħa jerġa' jitla' fuqha. Ommi tfisser kollox. Għalhekk ma nurihiex u dejjem niġġieled, imnalla tkun hi," tistqarr Sarah.
Sarah għandha kuraġġ kbir. "Kuraġġ kieku għandi. Ovvjament ħa taqa' ħażin xi kultant. Ma għandek għalfejn taqta' qalbek. Meta sirt naf li għandi kanċer qisu kollox waqa' fuqi. Però nħossni ħafna aħjar," tgħidilna Sarah.
Din Tara, il-ħabiba ta' Sarah. Tara tiddeċiedi li tqaxxar xagħarha biex tkun ta' sapport għal ħabibitha f'dan il-mument diffiċli. "Qaxxart il-ġnub ta' xagħari minħabba fija. Għamlitli kuraġġ lili. M'għandix għalfejn nistħi għax noħroġ bil-parrokka. Tħossok tajba minn ġewwa. Tgħid ara ħaddieħor qed jagħti kasek u jissapportja fiha," tistqarr Sarah.
Fl-istess ħin li Sarah tirċievi r-riżultati tat-testijiet ta' din il-marda, Sarah tirċievi riżultati oħra, differenti. Sarah tingħażel biex timmudella. "Jiena niftakar li bagħat għalija Vince Taljan. L-affarijiet ġew f'daqqa għax kont irċevejt ir-riżultat ta' meta qaluli li għandi kanċer u mbagħad wara ġie jkellimni Vince. Jiġfieri fl-istess ħin ħadt ir-ruħ għax jiena ninsa ħafna bl-immudellar. Jiena qatt ma mort nimmudella u għedt mela ħa nieħu ċ-ċans. L-immudellar jagħtini l-ħajja."
L-inkwiet ta' Sarah kien: "Lil ommi għedtilha, 'Issa kfi ħa nagħmel jien issa la ħa taqagħli xagħri. Ħa tidher il-parrokka imma fil-verità ma tidhirx u jgħiduli ħafna dan. Imma nixtieq nagħmel kuraġġ għax hawn affarijiet . Mhux għax ġralek hekk, taqta' qalbek fuqha. Tird tkompli tiġġildilha l-ħaġa."
Bħalissa Sarah qed tipprepara biex tikkompeti għal Miss Malta 2017 bħala Miss Gudja. "Trid tagħmel kuraġġ u trid taċċetta u tħobb lilek innifsek mhux qisek iżżomm lura u toqgħod tistaħba. Jierna xtaqt nidher biex ngħaddi l-messaġġ tiegħi: Stand out. Have self-confidence fik innifsek."
Ivvota lil Sarah (Miss Gudja) nhar is-Sibt, 25 ta' Novembru, għal Miss Malta 2017 fuq 50615312.
Filmat: Mandy Grimaud
Muntaġġ: Chantanne Mackay
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment