Monday, 6 November 2017
BIL-FILMATI: B'mod ikkulurit jispjega kif jagħti l-kulur lill-ħalib
In-nuqqas tal-ħalib ikkulurit qed jinħass u George ħareġ b'soluzzjoni għal min jixtieq tazza ħalib ikkulurita.
Wara li ħafna nies qajmu kontroversja sħiħa fuq it-tapp, George kien ħareġ filmat jispjega l-benefiċċji li kartuna tal-ħalib jkollha tapp. "L-ewwel filmat għamiltu għax smajt ħafna nies jgħidu fuq it-tapp. Kont għadni kemm ġejt lura mill-baħar u rajt post fuq Facebook li tefgħet ħabibti jgħid: Xi kull waħda hawn Malta dejjem jeqirdu l-Maltin u qatt ma jieħdu pjaċir bl-affarijiet li għandhom. U dak il-ħin ġietni l-idea li nagħmel filmat biex nispjega li l-għala l-kartuna hija aħjar bit-tapp. U mix-xejn, il-filmat spiċċaw rawh mal-107,000 darba," jgħidilna George.
Milux il-Benna kkonfermat li naqas il-ħalib bil-kulur minħabba li ma ħarġux mill-kedda tas-sħana. U George ħareġ filmat ieħor.
"Issa li qed jonqos il-ħalib bil-kulur, kulħadd qed isaqsini jekk se nagħmel filmat ieħor. Bdejt ngħid hawn affarijiet oħra li bihom nista' nagħmel il-milshake u ddeċidejt li nitfa' filmat. Ħafna nies qgħadu jiskantaw li ċerti ħwienet m'għandhomx il-milkshakes u bil-coconut, yogurt u ġam urejthom kif wieħed jista' jagħmilhom mid-dar bla ebda problemi. Tant kemm ġie tajjeb li lanqas it-tifel ma induna li għamiltu jiena, tant kemm kellu l-istess togħma."
Il-filmati qed iduru sew, u magħna jikkonferma li mhux se jiddejjaq jagħmel filmat ieħor.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment