Kellimna delivery man li qed jibża' li bis-sistema l-ġdida
tal-punti se joħdulu l-liċenzja.
F'Diċembru li ġej f'Malta se tidħol sistema ġdida ta' punti
tas-sewqan. Jekk tinqabad tikser il-liġi waqt li ssuq, jitnaqqsulek il-punti, u
malli jitnaqqsulek 12-il punt joħdulek il-liċenzja. Biex jerġgħu jagħtuhielek
hemm sensiela ta' kriterji li trid tissodisfa.
Keith Hili, delivery man, jinsab inkwetat li b'din is-sistema, hu u
sħabu li jaħdmu f'dan ix-xogħol se jkunu f'riskju ħafna akbar li joħdulhom
il-liċenzja. Huwa fatt magħruf li d-delivery men isibu problemi kbar fix-xogħol
tagħhom minħabba li jqattgħu l-ġurnata kollha jsuqu vetturi kbar u goffi
f'toroq kollha traffiku u kontinwament jitħabtu biex isibu fejn jipparkjaw
ħalli jħottu l-affarijiet. "Aħna li naħdmu fit-triq għandna iktar ċans li nitilfu l-punti u għalhekk mhijiex ġusta. Irid isir xi ħaġa biex minflok 12-il punt, tiġi 24 punt għax aħna suġġetti għal aktar ċitazzjonijiet."
Keith qed jinsisti li hu għandu aktar ċans li jiġi mħarrek,
għaliex spiss ikollu jipparkja ħażin, minħabba li fil-kaxxi tal-unloading isib
karozzi privati pparkjati illegalment. "Id-delivery men għandhom problema fuq l-unloading. Dejjem insibu lil xi ħadd ipparkjat hemmhekk u nispiċċaw nipparkjaw jew fuq double parking jew inkella f'kantuniera li tkun double yellow line u nimxu bix-xogħol tagħna. L-ispazju tal-unloading ġieli jkunu adattat għal karozzi, iktar milli għal trakkijiet. Il-gwardjani magħna jiġu jargumentaw u mhux ma' min ikun ipparkjat hemmhekk. Din is-sena ġratli darbtejn u li kieku ma kienx il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, kieku qlajt 3 ċitazzjonijiet."
Aħna tkellimna mal-LESA, li hija l-aġenzija li tirregola
l-gwardjani u ċ-ċitazzjonijiet. Dwar is-sistema tal-punti, kelliema għal-LESA qalilna li l-punti se jitnaqqsu fuq offiżi tas-sewqan, irrelevanti jekk il-karozza tkunx tax-xogħol jew tas-sewwieq. Fost dawn l-offiżi, jitnaqqsu minn 2 sa 6 punti min jinqabad isuq mingħajr ċintorin tas-sigurtà (seat belt), minn 3 sa 6 punti min jinqabad juża l-mowbajl huwa u jsuq, u minn 5 sa 10 punti minn ma jiqafx wara inċident.
Però jekk persuna tipparkja ħażin, il-kelliema qalilna: "Fuq parkings m'hemmx punti iżda sewwieq jingħata ċitazzjoni normali li ma ġġibx punti magħha.
Il-kelliem tal-LESA qalilna li għada se jkollhom laqgħa mad-Direttriċi fejn se tgħidilhom eżatt kif se taħdem din is-sistema.
Jekk veru qed jinkwieta li ser jitlef il-licenzja, allura ghandu ghalfejn iktar jinkwieta l-Poplu Malti ghax bilfors li dan l-inkwetat isuq xurban, ma`jilbisx ic-cintorin tas-sigurta, isuq b'mod eccessiv, juza l-mobile waqt is-sewqan, idoqq muzika b'hoss eccessiv, jibqa ghaddej meta`traffic lights ikunu fuq l-ahmar, jibqa hiereg minn fuq stop signs etc........ ghax fuq parking hazin m'hemmx punti nvoluti!!!
ReplyDelete