Xarabank.com.mt ikkuntattja ħabiba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li irrakkontat kif ftit sigħat qabel ma seħħ l-attakk fuqha kienet qed titkellem magħha fuq whatsapp.
Din tirrakkonta kif it-Tnejn għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta' filgħodu, tirċievi messaġġ mingħand Daphne Carauana Galizia li fih staqsitha fuq it-tfal tagħha għaliex bdiet tinkwieta għalihom.
Kemm-il darba konna nitkellmu imma dakinhar ma stennejtx li ħa tibgħatli, u tistaqsini fuq it-tfal tiegħi. Kienet ħabiba tal-qalb u vera apprezzajt li bdiet tinkwieta għat-tfal tiegħi. - Ħabiba ta' Daphne.Hi tirrakkonta kif baqgħu jitkellmu fuq it-tfal u fuq xi issues oħrajn kemm serji kif ukoll ta' ħbieb. Baqgħu jitkellmu sa xi s-2:30 ta' filgħodu. Tgħid ukoll kif qabel ma' temmew il-konverżazzjoni tagħhom Daphne qaltilha biex iżżommha aġġornata kif baqgħt minħabba t-tfal.
Qisha bħal donnha kienet taf, u riedet tkun moħħha mistrieħ li t-tfal tiegħi huma okay. -Ħabiba ta' Daphne.
Pero' bħal ma' kulħadd jaf, sfortunatament Daphne Caruana Galizia nqatlet b'karozza bomba għall-ħabta tat-3 ta' waranofsinhar. Il-ħabiba tagħha tistqarr li meta semgħet bil-mewt ta' Daphne ħadet xokk kbir immens li anke bkiet, għaliex ma stennitiex.
Ħadd xokk kbir u kbejt ta’ veru u minn qalbi. Ma stennejtx li ftit siegħat wara li kont qed inkellima kellha tħallina hekk, b'dan il-mod.Mistoqsija dwar Daphne, il-ħabiba tagħha qalet li l-karattru ta' Daphne kien l-oppost ta' kif kien jidher fuq il-blogg tagħha.
Kienet differenti minn kif tidher mill-artikli tagħha… mara intelliġentissima, introverta … ma kellhiex ħażen fiha, kienet twajba wisq. Ma kinitx sempliċiment ġurnalista, kien jimpurta minn dawk ta' madwara.
Il-ħabiba tagħha tirrakkonta kif għalkemm Daphne ħallitna, żammet kelmtha magħha u bagħtitilha whatsapp tgħidilha kif baqgħet rigward it-tfal tagħha, l-Erbgħa 18 t'Ottubru.
Kellna xi ħaġa li żgur konna komuni fiha... l-imħabba li għandna għat-tfal tagħna. Malta mhux ser tkun l-istess mingħajrha, żgur li le
No comments:
Post a Comment