It-tfal tal-iskola Primarja ta' San Ġwann qed jaraw 'il-kelb tas-Surmast David Caruana.
"Il-ġenituri
kienu jafu li l-iskola nieħu miegħi lil Ronnie. Il-kelb tiegħi, li ġie
mill-Island Sanctuary, huwa għami u nieħdu miegħi l-iskola għax għandu bżonn naqra attenzjoni.
Fil-Jum Ewropew għal-Lingwi, it-tfal tal-iskola tal-mainstream kantaw diski b'lingwi Ewropej u l-klassijiet ta' tfal
mhux Maltin, li qed jitgħallmu l-Malti biex jintegrew fl-iskola, kantaw bil-Malti. Diska minnhom kienet Il-Kelb u l-għalliema għal din id-diska ħarġet bit-tfal u
bil-kelb," jgħidına s-Sur Caruana.
Minn hemm tiġi l-idea li jibda programm tal-qari għat-tfal. "Dakinhar ġie l-Ministru
tal-Edukazzjoni Evarist Bartoli li meta ra lit-tfal ikantaw id-diska, qalli bi
programm. Dan il-programm jeżisti barra minn Malta li bih tfal li jistħu jew
qegħdin batuti fil-qari, minflok jaqraw lil sħabhom fil-klassi, jaqraw
lill-kelb. Dan biex ikunu aktar komdi u ma jistħux jekk ilaqqalqu għax kelb
għandu l-paċenzja kollha. U ġimagħtejn, tliet ġimgħat ilu, kuljum, it-tfal
jaqraw lil Ronnie."
Iżid jgħid: "L-għalliema Susanne Mifsud Triganza qed timplimenta dan il-programm kuljum għax riċerka partikolari tgħid li l-progress li tifel jagħmel f'sitt xhur, jekk jaqra
lil kelb kapaċi jagħmlu f'sitt ġimgħat."
Dan il-programm jintlaqa' mill-ġenituri u mit-tfal. "Dan intlaqa' ħafna mill-ġenituri u t-tfal jinsabu kuntenti ħafna talli qed jaqraw lill-kelb. Din qed tgħinhom biex jiġu iktar ħerqana għall-iskola!" jgħidilna s-Sur Caruana.

Jekk togħġobkom
din l-inizjattiva, ixxerjaw dan l-artiklu.
Well done to all involved.
ReplyDelete