Franklin applika għall-kompetizzjoni li jekk jirbaħha ser ikun qed jikkompeti kontra Malta u jirrappreżenta lil San Marino.
Din is-sena San Marino qed tagħmel komptezzjoni esklussiva li fiha kantanti internazzjonali jistgħu japplikaw u jikkompetu biex jirrapreżentaw lil San Marino fil-Eurovision 2018 li ser isir f'Lisbona, il-Portugal.
Din il-kompetizzjoni mhux waħda faċli għaliex s'issa applikaw għaliha aktar minn 700 kantant li minn dawn iridu jgħaddu minn 10 sa 14 il-kantant . Il-finalisti mbagħad jgħaddu ghal Live Shows li fihom kull ġimgħa jkantaw live quddiem ġurija. Finalment imbagħad jintgħażel xi ħadd biex jirrappreżenta lil San Marino fis-semifinali. Mhux talli hekk, talli l-kantant li jirbaħ din il-kompetizzjoni jiffirma ma' kumpanija tar-rekords.
Dan is-sit ikkunttatja lil Franklin Calleja li qed jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni. Aktar kmieni din il-ġimgħa Franklin ħabbar li għadda għat-tieni fażi. Aħna saqsejnieh kif qed iħossu li qed jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni daqshekk prestiġjuża,
Inħossni eċitat ħafna u vera looking forward. Din is-sena sippost ħadt break mill-eurovision. Imma meta ġietni din l-opportunnita' ma stajtx ngħid le u bis-saħħa tagħha ser nkun nista' nagħmel isem tajjeb lil Malta.Franklin qalilna li din ma kinitx deċiżjoni faċli għax dejjem xtaqt jirrappreżenta lil Malta imma stqarr magħna li xorta ser ikun qed jieħu lil Malta miegħu u jipprova jagħmel unur lil pajjiżu.

Jekk tiftakru sewwa meta Franklin jieħu sehem fil-Eurosong f'Malta, backstage jieħu miegħu ħafna lucky charms li hemm minnhom domni, cards, soft toys u aktar. Dan qalilna li jekk jgħaddi għal-live shows ser ikun qed jeħodhom kollha miegħu.
Dan il-kangaroo minn fejn ġie? Franklin kien vittma ta' ċajta li għamilnielu f'Xarabank fejn konna għidnielu li rebaħ kangaroo. U imsomma minn dakinhar beda jżomm pupu ta' kangaroo bħala lucky charm.
Fl-aħħar Franklin irringrazzja lil pubbliku kollu li dejjem taħ sapport.
No comments:
Post a Comment