Filmat edukattiv fuq kif mara għandha tiċċekkja sidirha wassal lill-amministraturi ta' Facebook biex jagħlquna l-paġna ta' Xarabank.
Iktar kmieni dalgħodu ħafna minnkom ipprovajt tidħlu fuq il-Facebook ta' Xarabank imma ma sibtuhiex. Dan għaliex membri mit-tim ta' Xarabank spiċċaw mneħħija minn fuq Facebook minħabba filmat li ttella' l-Ġimgħa li għadda fuq il-paġna tiegħu. Skont il-messaġġ li bagħat Facebook, jidher li Xarabank ma mexxiex mar-regolarmenti ta' Facebook għax il-filmat kien jinkludi sider ta' mara mikxuf. Dan il-filmat ittella' biex nuru kif mara għandha tiċċekkja sidirha ħalli titqajjem iżjed kuxjenza fuq il-kanċer tas-sider.
Wara li kkomunikajna mal-amministraturi ta' Facebook, il-paġna reġgħet qed taħdem perfettament. Filwaqt li l-filmat tneħħa, il-filmat se jerġa' jiġi revedut minn Facebook biex jara li l-għala kellu jneħħiħ.
Aħna ċċekkjajna ftit x'jgħidu r-regolamenti ta' Facebook. Kull ħaġa li ttella' fuq Facebook ma jistax ikollha kontenut li jistgħu jarawh l-adulti biss. Dan jinkludi għera, rappreżentazzjonijiet ta' persuni f'pożizzjonijiet espliċiti jew indiċenti, u attivitajiet li huma indiċenti ħafna jew provokativi sesswalment.
Aħna naħsbu li din ma kinitx azzjoni xierqa li jitneħħa l-filmat u li tingħalaq il-paġna ta' Facebook ukoll. Dan għaliex l-intenzjoni tal-filmat kien wieħed edukattiv biex inqajmu kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Inti taqbel li l-filmat ma kellux jittella' għaliex kien jinkludi sider ta' mara? Ikkummenta hawn taħt.
le, ma misshom qatt ma nehhehw, video edukattiv, u jien ma nistax nifhemkif, sider ta mara bajda xi haga ta barra minn hawn, u sider ta wahda ta kulur f'xi dokumentarju dik ok mhux problema. nipple anke l-irgiel ghandna, ma narax ghalfejn in-nipple tan-nisa qisha xi haga ta barra minn hawn
ReplyDelete