Tfajla ta' 15-il sena saritilha tattoo mingħajr ma ntalbet il-karta tal-identità.
Missier
it-tfajla jgħidilna li ma kienx jaf lit-tfajla sejra tagħmel tattoo.
"Ma kontx naf li sejra tagħmel tattoo. Sirt naf jumejn wara minn
fuq xi ritratti bl-individwu jpinġi fuqha li tefgħet fuq Snapchat."
Jgħid li l-ħanut għandu tabella mwaħħla bl-età ta' 18-il sena indikata fuqu. "Mal-ħanut għandu tabella bin-numru ‘18’ daqsxiex imwaħħla mal-bieb ta' barra. Però lit-tifla tiegħi li għandha 15-il sena xorta għamilhielha mingħajr problemi ta' xejn. Nimmaġina li binti ma qaltlux li m'għandhiex 18-il sena imma nimmaġina li kien dmir it-tattooist li jitlobha l-karta tal-identità. Binti tidher li m'għandhiex 18-il sena u kienet taf li mhux suppost tagħmilha."
Jitlob l-għajnuna mingħand is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika. "Din il-ġimgħa kelli telefonata mingħand tas-saħħa u qalli biex inkomplu l-proċedura rridu niftħu kawża l-qorti. Spiċċajt kelli ngħidilha biex se nwaqqaf kollox għax ma nistax nidħol f'dawn l-ispejjeż u nitla' l-qorti. Imqar jekk jagħtuh twissija u jieħdu azzjoni fuqha għax dan abbuż," itemm jgħidilna l-missier.
Aħna tkellimna mal-avukat Dr Ramon Bonett Sladden dwar x'tgħid il-liġi. "Huwa reat li ssir tattoo fuq persuna li jkollha inqas minn 18-il sena jew li ssir minn persuna li ma jkollhiex liċenzja valida. Huwa reat ukoll li persuna li jkollha anqas minn 18-il sena tħalli, toqgħod għal jew tippermetti li ssirilha tattoo fuq xi parti ta' ġisimha."
Itemm jgħidilna: "Kull min jinsab (kemm min jagħmel tattoo fuq persuna ta' inqas minn 18-il sena u kemm il-persuna nfisha) ħati l-ewwel darba jeħel multa ta' mhux iżjed minn €465.87. Tista' teħel ukoll priġunerija għal mhux iktar minn 3 xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien. Jekk persuna tinsab ħatja t-tieni darba, jeħel priġunerija ta' mhux iżjed minn 6 xhur jew multa ta' mhux iktar minn €1,164.69 jew il-priġunerija u l-multa f’daqqa."

No comments:
Post a Comment