best deal

Thursday, 2 November 2017

Għandu jkollhom dritt iħallsu għas-sess?

Huwa ressaq din l-idea fil-konferenza Insikktu s-Silenzju (Breaking the Silence), li kienet immirata biex tkisser it-tabu' dwar is-sess u d-diżabilta'. Matulha huwa spjega kif huwa wieħed mill-obbligi tiegħu bħala Kummissarju li jkun il-vuċi tan-nies b'diżabilta' li jaqsmu miegħu l-uġigħ li jkunu għaddejjin minnu. Żied jgħid li huwa se jkompli jqajjem kuxjenza dwar il-ħsibijiet li għandhom dawn in-nies.


Aħna tkellimna dwar dan ma' Jeanesse Abela, li twieldet b'kundizzjoni li jgħidulha celebral palsy. Din hija kundizzjoni newroloġika li tikkrea problemi fil-muskoli u nuqqas ta' koordinament tal-idejn u s-saqajn. 



Jeanesse tgħidilna li taqbel ma' din l-idea li ressaq Oliver Scicluna. "Naqbel ma' din l-idea li għandhom jiġu impjegati nies biex ikollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilta'. Basta ma jkunx hemm abbuż u li din issir għax irridu aħna."
Fuq Facebook hija kitbet li n-nies m'għandhomx jiġġudikaw in-nies b'diżabilta' li jixtiequ jkissru t-tabu' fuq is-sesswalita'. Spjegat li anke nies b'diżabilta' għandhom xewqat sesswali u jħossu bħalma jħoss kulħadd. Stqarret li se jibqgħu jitkellmu dwar dan sakemm ikissru dan it-tabu' u sakemm jiksbu dak li jixtiequ.
Min-naħa l-oħra Jeanesse tgħidilna li hi tiltaqa' ma' diversi diffikultajiet f'relazzjoni. "Li ma jippruvawx jagħmlu date miegħek hi waħda mid-diffikultajiet li jkolli. Jew għax ma jafux kif iġibu ruħhom miegħek jew għax ma jafux x'għandhom jagħmlu u jibżgħu li jiġu ġġudikati min-nies jew mill-ġenituri tagħhom, jew inkella ma jifhmux li aħna nħossu bħalhom. Ġieli kelli okkażjonijiet li jgħidulek li ser jiltaqgħu miegħek u wara li tkun iltqajt magħhom, jieqfu jkellmuk."
Inti x'taħseb dwar dan? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment