Imut il-Professur Anthony Zammit.
“Darba ħija qalli li kellu appuntament ma’ Professur. Qalli 'fis-sagħejn.' Ċempiltlu l-għada biex immur miegħu. Qalli diga' mort. L-appuntament kien fis-sagħtejn ta' filgħodu”
Ma stajtx nemmen. Il-Professur kien Anthony Zammit. Lil ħija kien sablu kanċer kbir. Operah ftit jiem wara . U salvalu ħajtu. Għaddew 10 snin minn dakinhar. Ħija għadu ħaj mimli saħħa. Il-Professur Anthony Zammit ħalliena llum. - jirrakkonta Peppi Azzopardi.
“Dan kien Professur verament tan-nies. In-nies kienu jħobbuh. Meta l-Professur ħareġ għall-elezzjoni smajt ħafna nies jgħidu
Mhux se nivvutalu għax jekk jagħmlu Ministru nkunu tlifna l-aqwa professor li għandna.
Kien Professur li jimpurtah, li ma kienx jagħmel differenza bejn il-qagħda tal-persuna fis-soċjeta’.
Kien jidħol b’ruħu u ġismu qisu qed ifejjaq lil ħutu
Kien maħbub. Malta u Għawdex tilfet professor li għalih ix-xogħol tiegħu kienet vokazzjoni u missjoni u mħabba.
Sabar lill-familja tiegħu.
No comments:
Post a Comment