
Nhar il-Ħadd li għadda fuq il-media ħarġet storja li fiha hemm allegazzjoni dwar il-Maġistrat Joe Mifsud. L-allegazjoni tgħid li l-Maġistrat qabbad lil xi ħadd li weħel sentenza ta' community work, biex iwaħħallu l-madum tad-dar fil-ħin li suppost kien qed jagħmel xogħol fil-komunita'. Wara l-investigazzjoni li għamilna bħala Xarabank, irriżultalna li din l-allegazzjoni dwar il-Magistrat Joe Mifsud hija falza.
Is-sena l-oħra l-Maġistrat qata' sentenza lil wieħed raġel biex jagħmel 120 siegħa ta' xogħol fil-komunità. Issa qed jigi allegat li dan ir-raġel uża minn dawk l-120 siegħa biex ħadem fid-dar tal-istess Maġistrat.
Fil-qorti deher SMS li ntbagħat mill-persuna misjuba ħatja mill-Maġistrat lill-ekssiehba tiegħu, fejn qed jgħidilha li hu qed jaħdem il-madum għand il-Maġistrat. Fil-qorti ġie allegat li dan ir-raġel uża mill-ħin ta' xogħol fil-komunità biex għamel xogħol fir-residenza privata li l-Maġistrat Joe Mifsud għandu f'Ghawdex.
Wara li smajna b'din l-allegazzjoni, aħna bdejna ninvestigaw. Tlajna Għawdex u bdejna nistaqsu u nitkellmu ma' dawk ikkonċernati. Irnexxielna nsiru nafu li r-raġel li kien ingħata s-sentenza ta' community work mill-Maġistrat Mifsud, effettivament għamel dan ix-xogħol ma' Dar l-Arka.
Għalekk aħna morna Dar l-Arka, f'Għajnsielem u tkellimna mal-Assistent Direttur, Fr Michael. Fr Michael ikkonferma li x-xogħol fil-komunità li kellu jagħmel dan ir-raġel għamlu ma' Dar l-Arka. Fr Michael uriena l-karti tal-attendenza ffirmati u karti ohra li lkoll jikkonfermaw li dan ir-raġel għamel il-community work tiegħu kollu ma' Dar l-Arka.
Allura aħna staqsejna, x'jista' jkun li ġara biex din l-istorja daret u ġie allegat li parti minn dan ix-xogħol sar fir-residenza tal-Maġistrat Mifsud?
Fr Michael irrisponda: "Li nista' nissuspetta huwa dan; aħna bħala Fondazzjoni Arka s-sena l-oħra ftaħna dar għal ħajja indipendenti għall-persuni b'diżabiltà. Kif naqsmu t-triq minn hawn, hemm kumpless ta' appartamenti u hemmhekk xtrajna din id-dar. Jiena lil dan ir-raġel li għamel ix-xogħol komunitarju magħna bgħattu hemm jagħmel xi xogħol, anki jwaħħal xi madum, u f'dan l-istess kumpless l-Maġistrat ukoll għandu appartament."
Aħna morna flimkien ma' Fr Michael f'dan il kumpless u rajna l-appartament li fih għamel ix-xogħol dan ir-raġel.
Mill-karti kollha li wriena Fr Michael jidher ċar li dan ir-raġel wettaq ix-xogħol komunitarju kollu ma' Dar l-Arka.
Minħabba li l-Maġistrat ma jistax jitkellem mal-media minħabba raġunijiet ta' etika, aħna tkellimna mal-mara tiegħu, Maria Mifsud.
Kif jidher fil-filmat, Maria tgħid li tinsab imweġġgħa b'dak li ġara u tiċħad kategorikament din l-allegazzjoni. Maria ssostni li dan ir-raġel qatt ma daħal f'darha, qatt ma ratu u ma tafx min hu. Tgħid ukoll li l-appartament huma xtrawh fl-2007 u kien lest, infatti minn dakinhar 'l hawn qatt ma biddlu l-madum.
Maria żiedet tgħid: "Lilna qed isallbuna u żewġi ma jistax jitkellem, allura qed nitkellem jiena." Mart il-Maġistrat Joe Mifsud temmet l-intervista tagħha hekk: "Kerha li jkollok isofri fis-silenzju, hu bażikament miegħi biss jista' jitkellem, ma jistax jiddefendi ruħu mal-pubbliku."
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Chantanne Mackay
u issa ? min qala din l allegazzjoni fuq il magistrat x ha jehel .. din hija l liberta ta l espressjoni li jridu huma ? psataz ... nissimpatizza mas sinjura mifsud u nghidila li ghamlet sew li hadet pozizzjoni hi .. ghax kieku jien bhala kont nghamel .... min ra dak il messagg fuq il mobile seta nvestiga qabel ma kiteb l artiklu biex ihammeg persuna dritta bhal magistrat mifsud .. ISTHI JEKK TAF SUR HEKK IMSEJJAH GURNALISTA .....
ReplyDeleteIl-Pulizija għandha tieħu passi kontra min xerred din l-aħbar malafamanti u sensazzjonali mingħajr ma ċċekkja sewwa s-sorsi tiegħu/tagħha. Dan mhux freedom of expression imma tfigħ ta' tajn u kalunja!!!
ReplyDeletexarabank mahmuga izjed mil prugunier,u ghandu jigi ibbanjat.
ReplyDeleteXARABANK ghalhekk qieghed hemm biex johloq il polemiki.
ReplyDelete