best deal

Tuesday, 14 November 2017

It-Taljani ma jgħaddux għat-Tazza tad-Dinja


It-tim nazzjonali Taljan tilef l-aħħar ċans li kellu biex jgħaddi għall-fażi li jmiss li jkun parti mit-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab ġewwa r-Russja fis-sajf 2018.

Nhar il-Ġimgħa li għadda ntlagħab l-ewwel leg ta' din il-partita ġewwa l-Iżvezja, li spiċċa bl-iskor ta' 1-0 għall-Iżvezja. Ilbieraħ ġewwa Giuseppe Meazza kien imiss it-tieni leg fejn rajna tim Taljan li ta qalbu bl-logħba fejn tista' tgħid li għal 90 minuta sħaħ it-tim Taljan għamel ħafna azzjonijiet, li għalkemm kien xi ftit jew wisq sfortunat naqas milli jġib ir-riżultat mixtieq. B'hekk il-partit spiċċat mingħajr golws.

L-unika darba li l-Italja naqset milli tgħaddi għall-fażi tal-gruppi f'din il-kompetizzjoni kien fl-1958. Iżda lbieraħ din kienet mhux telfa biss għat-tim nazzjonali Taljan biss iżda anke għall-captain tat-tim nazzjonali Taljan Gianluigi Buffon illi kien ippjanat li jtemm il-karriera tiegħu fit-Tazza tad-Dinja ġewwa r-Russja. 

Fuq il-midja soċjali ma naqsux ħafna kummenti fejn irringrazzjaw lil Gianluigi Bufforn tal-kontribut li ta lit-tim nazzjonali hekk kif din kienet l-aħħar logħba tiegħu fejn irrappreżenta lit-tim Taljan ġo kompetizzjoni.


Kitba: Matthew Vassallo

No comments:

Post a Comment