Sunday, 26 November 2017
It-tmien delitt din is-sena - Imut raġel f'delitt f'Birkirkara.
Aktar kmieni dalgħodu, l-Ħadd għall- ħabta tat-2:30 ta' filgħodu f'Birkirkara seħħ delitt. Delitt li ħalla raġel li l-identita' tiegħu mhux magħrufa mejjet.
Il-Pulizija sseħju fuq fi Triq il-Bwieraq, Birkirkara, wara li waqt argument ġie rrapurtat li inagħtaw xi daqqiet ta' sikkina. Meta waslu fuq il-post il-Pulzija sabu r-raġel midrub u għalhekk minnufih issejħet assistenza medika li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Madanakollu mill-aħħar informazzjoni jidher li sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu waqt li qed jiġi rikoverat.
Żewġ persuni ġew arrestati wara li kif qed jiġi allegat instabu mill-Pulizija fuq il-post. Qed jiġi allegat ukoll li dawn iż-żewġ persuni ta' nazzjonalita' barranija laħqu ħaslu it-triq mit-traċċi tad-dmijja.
Tmexxi l-investigazzjoni, l-Maġistrat tal-għassa Consuelo Scerri Herrera li ħatret diversi esperti biex jassistuwa fl-inkjesta li ordnat. Il-Pulizija qed titratta dan il-każ bħala delitt.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment