best deal

Monday, 27 November 2017

Jgħinhom bis-sistema tal-kamera minħabba delitt u jibqa' mingħajrha



Dan ir-raġel għen lill-Pulizija fuq każ ta' delitt billi tahom is-sistema li biha tirrekordja s-CCTV kamera tiegħu, u wara seba' xhur jibqa' mingħajrha.



John Grech jirrakkonta kif seba' xhur seħħ delitt viċin ir-residenza tiegħu. "Kważi seba' xhur ilu seħħ delitt fejn id-dar tiegħi. Wara ħabbtuli l-Pulizija u talbuni d-DVR biex jaraw il-filmat li s-CCTV kienet ġibdet dakinhar tad-delitt. Qaluli li wara jumejn jagħtuhieli lura. Issa għaddew kważi 7 xhur u għadni mingħajrha."

L-apparat jispiċċa bil-ħsara. "Qatt ma ċempluli, dejjem jien ċempilt biex nara x'sar mill-apparat li jqum mas-€700. U terġa' qatt ma tawni rċevuta li turi li l-apparat tajthulhom. Mhux talli hekk, talli s-Surġent qalli li bħalissa l-apparat jinsab għand il-Maġistrat u li ma jaħdimx, u qed jistenna l-parts tiegħu jaslu. Kulħadd qed jgħidli biex niftaħ kawża, imma se tiġi tiswini iktar. Minflok li mort nagħmillhom pjaċir u għenthom, issa spiċċajt b'xejn, bla sigurtà f'dari stess."

Itemm jgħidilna: "Nixtieq li jerġgħu jagħtuni l-appart lura, jew jagħtuni l-flus biex nixtri ieħor jew jixtruli wieħed. F'dari nixtieq li jerġa' jkolli s-sigurta li xi darba kelli b'dak li xtrajt minn buti," itemm jgħidilna John.

No comments:

Post a Comment