best deal

Tuesday, 28 November 2017

"Jiena jdejjaqni l-Milied" - Joven Grech ta' Tenishia


Joven Grech, id-DJ ta' Tenishia, idejqu l-Milied u jgħid li hija l-iktar ġurnata falza.


Joven jiddeskrivi l-Milied bħala paniku. "Il-Milied għalija huwa paniku. Kulħadd fil-ġenn biex joħroġ jixtri r-rigali u jmur il-parties. Għalhekk nobogħdu għax fih ħafna ġenn u paniku fit-toroq għan-negozju u jdaħħlu lil kulħadd f'dak l-ispirtu.. Jiena ma tantx jiena reliġjuż u ma rrid ngħid lil ħadd biex ma jiċċelebrahx imma personalment għalija l-Milied narah kummerċjaliżmu."

Jistqarr li l-Milied hija l-iktar ġurnata falza. "Hija l-iktar ġurnata falza fid-dinja. Anke dawk li jemmnu fir-Reliġjon, jafu li l-25 ta' Diċembru proprjament hija l-festa li r-Rumani kienu jiċċelebraw x-xemx qatt ma mirbuħa. Ħafna ma jafux li minn dak il-jum, il-ġurnata tibda titwal u dik l-ewwel raġuni għala l-Milied bdew jiċċelebrawh fil-25 ta' Diċembru. Fil-fatt minn dak li qrajt, Ġesù twieled f'Lulju."



Mhux biss il-Milied jara falz, iżda anke l-Father Christmas. "Ma naqbilx mal-Father Christmas għax ġratli storja. Meta kelli l-ewwel tifla tiegħi, jiena kelli 19-il sena u l-karriera tiegħi ma kinitx xi grankè dak iż-żmien. Ftit kont naqla' flus. Dak iż-żmien kien hawn il-pupu taċ-Cicco Bello u jiena rajt kif għamilt u xtrajtu rigal. Mort nagħtih il-Father Christmas biex jagħtihulha hu. Imbagħad ġiet it-tifla u qaltli li l-Father Christmas tani rigal u li jiena ma tajtha xejn, u kelli nixtri rigal ieħor."

"Ma naqbilx mal-Father Christmas imma ma jfissirx li għandna nneħħuh mid-dinja tat-tfal għax jieħdu pjaċir. Imma la jikbru se jirrelizzaw li l-Father Christmas jilbes hekk bħala xogħol biex jaqla' xi ħaġa wkoll u jieħu din l-okkażjoni. Huwa element ieħor ta' kummerċ u warajah ma narax verità."

Inti taħseb li l-Milied għad għandu s-sens orġinali tiegħu?

1 comment:

  1. Zgur ma kienx Dicembru, f`dawk l-inhawi jghamel hafne bard f`Dicembru ,r-rajjgha zgur ma kinux barra jghiru n-nghag....izda mhux importanti ghal fidi taghna.

    ReplyDelete