best deal

Sunday, 5 November 2017

Jiżżewweġ il-kantant Gianluca Bezzina

                     
                          


Gianluca Bezzina il-kantant li rrapreżenta lil Malta fl-Eurovision fl-2013 iżżewweġ ftit tas-sigħat ilu.


                       
F'ritratt li tefa' aktar kmieni dalgħodu, Gianluca esprima l-eċitament tiegħu li ser jiżżewwġ lill-maħbuba tiegħu Vanessa. Hu kiteb li Vanessa għalih mhux biss hija l-maħbuba imma l-aktar persuna favorita' tiegħu, il-ħabiba tal-qalb tiegħu u li għalih hija l-isbaħ mara.  Filwaqt li tefa' xi ritratti ħelwin tagħhom flimkien.




Ftit tal-ħin ilu Gianluca reġa' tefa' ritratt. Ritratt li ħadu ftit tal-minuti wara li żżewweġ li fih jidher hu fil-karozza ma' dawk li jidru x-xhieda.





Nawguraw lil Gianluca u lil Vanessa l-isbaħ xewqat u aktar snin ta' mħabba u saħħa.



1 comment:

  1. AWGURI LILL GIANLUCA U L MAHBUBA MARA TIEGHU VANESSA JALLA JKOLLKOM HAJJA MIMLIJA MHABBA SAHHA U FERH XX

    PAULINE U FRANS BUSUTTIL TARXIEN

    ReplyDelete