best deal

Friday, 3 November 2017

"Kulma smajtha tgħid hu li ħa tmut" - Missier Natalie


Missier Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tliet ijiem nieqsa, tgħid li sabuha kważi mejta.



F'Xarabank, missierha jgħidilha li marret ix-xogħol iżda ma ġietx lura d-dar."Il-Ġimgħa marret ix-xogħol bħas-soltu. Qaltli li se ddum sal-16:00 xogħol u forsi se tagħmel sas-sitta overtime. Qaltli jekk indum sat-20:00pm, ikunu żammewni sat-20:00pm għax jumejn qabel kienu żammewha sat-20:00pm. U jiena għedtilha li alright. Saru s-18:00 ma ġietx. Imbagħad saru t-20:00pm u kienet għadha ma ġietx. U jiena għedt kif ma ċemplitlix. Is-soltu ċċempel jekk tkun se tittardja. Saru d-21:00 u ma ġietx. U mbagħad bdejt ninkwieta. Bdejt nipprova nċempillek fuq il-mowbajl imma l-mowbajl sibtu mitfi. Meta rajt li għandha l-mowbajl mitfi, għedt li ġara xi ħaġa u mort l-għassa biex ngħidilhom."

U jagħtu ċans. "Il-Puliżija qalli, 'Ejja nagħtu ċans għax forsi tilfet tal-linja jew forsi ltqagħet ma' xi ħadd. Għedtlu, 'Nagħtu naqra ċans' imma jiena moħħi ħaseb fil-ħażin." Bqajt hemm sa kważi l-għaxra u nofs u s-surġent qalli, 'Ħa nibda nikteb mela.'", jispjegalna l-missier.

Il-missier jgħidilna li kważi sabuha mejta. "Bdejt naħseb ħażin. Jiena mill-ewwel għedtilhom, din id-darba mejta nsibuha għax kien ilu jheddidna. Il-ħin kollu jheddidna. Anke lili ried joqtol u lit-tifel. Kien jgħidilha, 'Jekk ma tiġix miegħi, noqtol lil missierek u lit-tifel.' Għamlet tlett ijiem bil-ġuħ u bil-għatx. L-aħħar li kilet il-Ġimgħa fuq ix-xogħol. Sabuha mxarrba, fejn dak il-bard kollu ħdejn il-baħar hemm taħt. Sabuha fl-aħħar ħinijiet ta' ħajjitha. Kważi mejta kienet. Jiena kulma smajtha tgħid li ħa tmut. Kieku sal-għada mejta konna nsibuha.

No comments:

Post a Comment