best deal

Wednesday, 1 November 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jirrispetta d-deċiżjoni li ma tkunx preżenti l-midja fil-funeral ta' Daphne


L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jirrispetta d-deċiżjoni tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, li ma tkunx preżenti l-midja.



Aħna bgħatt sett ta' mistoqsijiet lil Norma Saliba, iċ-Chairperson tal-IGM. Filwaqt li staqsejnieha għal reazzjoni, staqsejnieh jekk il-funeral hux ristrett għall-midja kollha u jekk l-IĠM se tkunx qed tieħu azzjoni. Norma Saliba qalet:  "L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) huwa tal-fehma li għandha tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-familja Caruana Galizia li esprimiet ix-xewqa li l-funeral ta' Daphne jsir b'mod privat."

Filwaqt li fuq l-aħbarijiet ngħad li l-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa fis-2pm fir-rotunda tal-Mosta, ilbieraħ Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, qalet li d-data, il-ħin u l-post se jiġu kkonfermati uffiċjalment mill-familja. 




Ġimagħtejn ilu, il-ġurnalist Maltin ingħaqdu biex juru sobgħa u biex jitwassal il-messaġġ li dan l-attakk mhux se jintimida l-professjoni tagħha. Dakinhar stess l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kien ressaq rikors biex is-sorsi, informazzjoni u dejta kunfidenzjali li kellha Daphne Caruana Galizia jiġu protetti, liema rikors ġie milqugħ ftit jiem ilu. 

No comments:

Post a Comment