
Il-Prinċep Harry ħa jiżżewweġ lil...
1) Jisimha Meghan Markle
2) Tagħlaq żmienha fl-4 ta' Awwissu
3) Għandha 36 sena
4) Ikbar mill-Prinċep 3 snin
5) Ħadet sehem fis-series popolari Suits
6) Irreċtat ta' Rachel Zane
7) Jgħidu li kienet tagħmel il-qligħ billi tagħmel il-kaligrafija fuq l-inviti tat-tiġijiet, bejn audition u oħra.
8) Toqgħod Toronto imma trabbiet f'Los Angeles
9) Iżżewġet lill-producer Trevor Engelson f'Settembru 2011
10) Iddivorzjaw sentejn wara
11) Kienet l-editur tas-sit u tad-ditta The Tig għal 3 snin
12) Magħrufa għall-ħidma tagħha favur l-ugwaljanza bejn is-sessi
13) Għandha 1.9 miljun persuna jsegwuha fuq Instagram u 'l fuq minn 350,000 persuna fuq Twitter
14) Kienet l-Ambaxxatriċi Globali għall-World Vision Canada, li taħdem għal edukazzjoni, ikel u saħħa aħjar għat-tfal madwar id-dinja
15) Ta' 11-il sena, ġagħlet lil fabbrika li timmanifattura s-sappun biex ibiddlu riklam wara li kitbet ittra lil Hillary Clinton (fost oħrajn), li dak iż-żmien kienet il-First Lady, li fiha ilmentat li r-reklam kien qed jimplika li n-nisa posthom fil-kċina

No comments:
Post a Comment