It-tfajla Maltija Michela Galea għadha kemm resqet pass eqreb lejn il-barkun ta' wieħed mill-akbar sfilati tas-sbuħija fid-dinja - Miss World. Michela hija fost 130 tfajla minn pajjiżi minn madwar id-dinja kollha li bħalissa nġabru kollha fiċ-Ċina biex jikkompetu għall-ikbar titlu tas-sbuħija fid-dinja. U aktar kmieni llum, Michela rebħet it-talent award ta' din il-kompetizzjoni bil-kant. Dan l-unur awtomatikament poġġieha fost il-finalisti għas-serata finali ta' nhar is-Sibt li ġej.
Din hija l-ewwel darba li kontestanta Maltija waslet s'hawn, għaliex s'issa l-ebda kontestanta Maltija ma rebħet it-talent award. Dan ifisser li din se tkun l-ewwel darba li kontestanta Maltija waslet daqsekk viċin li tirbaħ dan it-titlu prestiġjuż.
Aħna għamilna kuntatt mat-tim ta' Michela u qalulna li bħalissa, it-tfajla Maltija lanqas tiflaħ titkellem bl-eċitament li għandha.
"Malta hawn ħafna talent bħalissa, u kull sena qed immorru tajjeb ħafna bil-kontestanti Maltin, u din is-sena ma kellix dubju li Michela se tmur tajjeb ħafna wkoll," qaltilna Claudia Calleja, li hija waħda mill-organizzaturi ta' Miss World Malta.
Michela Galea għandha 20 sena u hija kantanta, attriċi u mudella, u bħalissa qed tistudja t-teatru fl-Università ta' Malta.
Is-serata finali se ssir nhar is-Sibt li ġej f'Sanya City Arena, fil-Belt ta' Sanya, fiċ-Ċina.
![]() |
Il-post fuq Facebook li tellgħet Michela ftit tal-ħin ilu |
Well done, and we will be cheering you one from here. God Luck
ReplyDeleteBongu,
ReplyDeleteQed tfittex kumpanija ta 'min isellef privata ta' reputazzjoni tajba u akkreditata li tagħti opportunità għal tul il-ħajja? Aħna nipprovdu kull tip ta 'self b'mod mgħaġġel ħafna u faċli, self personali, self tal-karozzi, self għad-djar, self lil studenti, self kummerċjali, self għall-investiment, konsolidazzjoni tad-dejn, u aktar. Int kont miċħud minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra? Għandek bżonn ta 'konsolidazzjoni jew self b'ipoteka? Ħares aktar kif għandna hawn biex tagħmel il-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Noffru self minn 5000 dollaru għal 50,000,000 dollaru b'rati ta 'imgħax għoljin ħafna ta' 2%. Ikkuntattjana illum permezz tal-e-mail tagħna issa u se nkunu kuntenti li nagħmlu l-problemi finanzjarji u l-affarijiet tal-passat, Ebda verifika ta 'kreditu meħtieġa, 100% garantita.
E-mail lilna: (albakerloanfirm@gmail.com).