best deal

Wednesday, 29 November 2017

Minn 'secret santa' se jispiċċaw jagħtu r-rigali lid-Djar tal-Orsolini



Dawn iż-żgħażagħ kienu se jagħmlu secret santa u minflok iddeċidew li jagħtu r-rigali lid-djar tat-tfal tal-Orsolini. 


Aħna tkellimna ma' Stefan Bajada li jirrakkontalna kif ħarġet din l-idea. "Kien is-Sibt u jiena u sħabi konna qed niftehmu fuq secret santa li s-soltu nagħmlu kull sena. Imbagħad wieħed minna ħareġ bl-idea biex minlok is-secret santa, ir-rigali nagħtuhom lit-tfal tal-Osolini. Minn hemm l-idea kibret, iffurmajna l-grupp Iż-Żgħażagħ tal-Lum u ftahnieh għall-pubbliku."


F'din l-inizjattiva se jipparteċipaw l-iskejjel u l-parroċċi. "Wara li aċċettaw is-sorijiet, bgħattna lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Arċidjoċesi ta' Għawdex u l-iskejjel u l-parroċċi se jgħinuna. Filwaqt li l-iskejjel se jiġbru xi affarijiet mil-lista li tajniehom, xi parroċċi fin-noveni se jiġbru xi flus biex jittranġaw il-flettijiet."

Imma għala ż-Żgħażagħ tal-lum? "Għall-ġenerożità u biex inbiddlu l-mentalità li ż-żgħażagħ tal-lum ma tilfux il-valuri. B'din l-inizjattiva jarawna u jgħidulna, 'Dawn huma ż-żgħażagħ tal-lum.'" 

Inti wkoll tista' tgħin. "Fiż-żmien li ġej se nkunu qed intellgħu lista bl-affarijiet li hemm bżonn. Kull min irid jingħaqad magħna jew jgħinna b'xi mod jew ieħor jista' jibagħtilna messaġġ fuq 79829248 jew imejl fuq zghazaghillum@gmail.com."

Ibqa' aġġornat b'dak li qed jagħmlu ż-Żgħażagħ tal-Lum, billi tidħol hawn.

No comments:

Post a Comment